Reference: 2959/1996/1

Judgement Details


Date
01/03/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
BORG LAWRENCE NOE vs GVERNATUR TAL-BANK CENTRALI TA' MALTA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, BANK CENTRALI - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, IL-QORTI MA TISTAX TISSOSTITWIXXI D-DISKREZZJONI RIZERVATA LILL-EZEKUTTIV - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, KOMPITU TAL-QORTI - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, RAGJONEVOLEZZA
Summary
Mit-tifsira ta' "awtorita' pubblika" moghtija fl-artikolu 469A(2), johrog car li l-Bank Centrali huwa awtorita' kif hekk imfissra, u dan ukoll ghaliex huwa korp maghqud kostitwit permezz ta' ligi li ghandu funzjoni regolatrici pubblika u amministrattiva.

Awtorita' li hija moghnija b'diskrezzjoni tista' tigi ordnata tezercitaha f'kaz li tkun naqset li taghmel dan, imma ma tistax tigi dettatax'ghandha tiddeciedi jew li twettaqha b'xi mod partikolari. Biex jigi assikurat li din id-diskrezzjoni kienet imwettqa, jehtieg li lill-Qorti jirrizultalha li dik l-awtorita' tassew qieset il-kwestjoni li kellha quddiemha, u li dan ghamlitu minghajr l-indhil tal-ebda haddiehor jew bla ma poggiet lilha nnifisha f'qaghda fejn ma setghetx jew irrifjutat li twettaq dik id-diskrezzjoni. Siewi wkollli jigi accertat li l-awtorita' mistharrga m'ghamlitx dak li kienet espressament mizmuma milli taghmel, jew jekk ghamlitx xi haga li ma kinitx awtorizzata taghmel. Fuq kollox, l-awtorita' mistharrgatrid tkun imxiet bona fide u qieset il-konsiderazzjonijiet rilevanti tal-kaz. Dawn huma, fil-qosor,il-gabra tal-kategoriji fid-Dritt Amministrattiv ta' nuqqas ta' ezercizzju ta' diskrezzjoni u ta'eccess jew abbuz ta' dak l-ezercizzju;

Marbut sfiq ma' dawn il-principji wiehed isib ukoll it-test tar-ragonevolezza tat-twettiq tad-diskrezzjoni.

Il-kittieba awtorevoli f'dan il-qasamjghallmu li r-rwol ewlieni tal-Qrati fid-dritt amministrattiv huwa dak li jizguraw li ma tonqosx il-legalita' fl-ghemil mistharreg, izjed milli dak li jaraw li l-awtorita' pubblika mistharrga tkun iddecidiet sewwa;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info