Reference: 1339/1989/1

Judgement Details


Date
04/03/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
ZAMMIT JOSEPH PL NOE vs FENECH JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
GARANZIJA, IDONEITA` TAL-GARANTI - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, AMMINISTRAZZJONI QABEL L-INTRODUZZJONI TAL-ATT XXI TAN-1993 - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, POSIZZJONI QABEL L-EMENDI TAL-1993 - KUNSENS, VIZZJU MINHABBA ERROR IN SUBSTANTIA - KUNSENS, VIZZJU MINHABBA QERQ - KUNSENS, VIZZJU MINHABBA ZBALL TA` LIGI
Summary
Skond il-ligi vigenti qabel l-emendi introdotti fl-1993 lir-regime tal-komunjoni ta` l-akkwisti, ragel mizzewweg taht ir-regim tal-kommunjoni ta' l-akkwisti, seta' jaghti garanzija ghad-dejn ta' haddiehor u, b'hekk, jorbot il-komunjoni u dan minghajr htiega li qabel jottjeni l-kunsens ta' martu.

L-artikolu 1931 tal-Kodici Civili jiddisponi li:

"Id-debitur li jkun obbligat li jgib garanti ghandu jgib persuna kapaci li tikkuntratta, li jkollha beni bizzejjed biex taghmel tajjeb ghall-oggett ta' l-obbligazzjoni, u li jkollha d-domicilju taghha f'Malta."

Dan l-artikolu jinsabfil-ligi bhala garanzija ghall-kreditur u mhux biex il-garanti japprofitta ruhu min-nuqqas ta' idonejeta' tieghu. Dak l-artikolu jaghti dritt lill-kreditur li jirrifjuta garanti propost mid-debitur,jekk il-garanti offrut minn debitur "li jkun obbligat li jgib garanti", ma jkollux bini bizzejjed biex jaghmel tajjeb ghall-oggett ta' l-obbligazzjoni, imma jekk il-kreditur jaccetta l-garanti offrut,l-istess garanti ma jistax jipprova jinqeda b'dak l-artikolu biex jipprova jehles mill-obbligi tieghi. Dak l-artikolu huwa a vantagg tal-kreditur, u jekk il-kreditur, nonostante s-sitwazzjoni finanzjarja tal-garanti, jaccetta li jislef flus u jsir kreditur b'dik il-garanzija, l-obbligazzjoni tkun valida u ma jistax il-garanti jinqeda bin-nuqqas ta' beni tieghu stess biex jahrab mill-obbligazzjoni.

Ghar-rigward ta' zball ta' dritt, l-artikolu 975 jghid li "L-izball dwar il-ligi ma jgibx in-nullita' tal-kuntratt hlief meta dan ikun il-kawza wahdenija jew ewlenija tieghu". Dan ifisser, skond id-duttrina, li biex wiehed jirnexxi f'azzjoni bbazzata fuq zball tal-ligi, irid juri mhux li naqas li jaghmel xi haga minhabba l-injoranza tieghu tal-ligi, izda li agixxa b'mod pozittiv ghax haseb li kien hemm xi ligi li kienet tikkonstringieh jagixxi b'dak il-mod. Hekk, per ezempju, kien hemmapplikazzjoni ta' dan il-principju ghal kaz ta' sid li rahhas il-kera ghaliex kien minn ghalih illil-ligi kienet tobbligah jaghmel dak ir-rohs.

Ghar-rigward ta' l-allegat zball ta' fatt, l-artikolu 976 (1) tal-Kodici Civili jiddisponi li "L-izball dwar il-fatt ma jgibx in-nullita' tal-kuntratt hlief meta jaqa' fuq is-sustanza nfisha tal-haga li tkun l-oggett tal-ftehim". Skond il-gurisprudenza, l-izball fuq is-sustanza ghandu jkun determinanti, soggettiv, unilaterali u fuq kollox, skuzabbli. L-element ta' skuzabilita' jinsab affermat f'diversi sentenzi ta' dawn il-Qrati.

Il-fatt li persuna ma' tafx taqra mhux skuzanti ghal kontumacia. ".. u l-konvenut, billi ma jafx jaqra, mahax il-passi okkorrenti biex dik l-ittra tigi lilu mfissra sewwa, jikkostitwixxi traskuragni li matammettix lill-kontumaci ghar-restituzzjoni "in integrum" kontra l-prezunzjoni ta' konfessjoni tal-materja kapitolata".

Ghar-rigward ta' l-ghemil doluz, l-artikolu 981 tal-Kodici Civili jghidli, "L-ghemil doluz huwa motiv ta' nullita tal-ftehim meta l-inganni maghmula minn wahda mill-partijiet ikunu tali illi minghajrhom il-parti l-ohra ma kienetx tikkuntratta".

Ir-regola generalihija li z-zamma fis-sehh tal-kuntratti hija ta' interess generali billi din hija kwistjoni ta' ordnipubbliku. Ghalhekk f'kawzi ghall-impunjazzjoni ta' kuntratt wiehed ghandu jimxi bl-akbar cirkospezzjoni sabiex ma jigix annulat at li kellu jibqa' fis-sehh.

Il-principji rigwardanti l-ghemil doluz ghandhom jigu applikati b'aktar rigorozita` fil-kaz ta' titolu gratuwitu milli fil-kaz ta' titolu oneruz.

Sabiex jigi provat l-ghemil doluz huma bizzejjed l-indizji u l-kongetturi basta lijkunu gravi u konkordanti b'mod li jiggeneraw il-konvinzjoni li l-liberalita` jew il-kuntratt impunjat kien l-effett ta' raggiri tal-kontraent l-iehor jew ta' terzi.

Sabiex ikun hemm "raggir"mhux bizzejjed il-predominju akkwistat jew ezercitat minn persuna fuq ohra sabiex iggieghelha taghmel il-kuntratt, izda huwa mehiteg element specifiku kostiwit mir-rapprezentazzjonijiet foloz, artifizji frawdolenti, mill-qerq, uzati bhala mezz sabiex iqarrqu bl-intelligenza skarsa tal-kontraent l-iehor.

Barra minn hekk huwa mehtieg li r-raggiri uzati minn wiehed mill-kontraenti fuq l-iehorkellhom ikunu tali li minghajrhom il-kuntratt ma kienx isir. Fi kliem iehor l-ingann irid ikun il-kawza determinanti li ta lok ghal ftehim li ghaqqad in-negozju.

Id-dolo jew frodi ma huwa qattprezunt izda jrid jigi pruvat minn min jallegah. Trid allura ssir il-prova li parti wahda uzat "scienter" raggiri frawdolenti u artifizji li kienu gravi.

Ma jistax jigi allegat frodi meta l-fatti kienu facilment accertabbli; ikun tassew facli kieku kellu jigi acettat illi bl-iskuza ta' l-allegata mala fede da parti ta' wiehed mill-kontraenti, l-kontraent l-iehor japprofitta ruhu biex jezimi ruhu mill-obbligu li ma jirrispettax il-pattijiet jew biex ihassar u jannulla ftehim konkjuz.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info