Reference: 2503/2002/1

Judgement Details


Date
25/02/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
VON SCHEMBRI DAMIAN DAMIAN AV DOTT vs MINTOFF MIRIAM
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, KOMPETENZA RATIONAE MATERIAE
Summary
L-Att kostituttiv tal-Kap 380 jiffakoltizza lit-Tribunal imwaqqaf b'din l-istess ligi biex "jisma' ujaqta' biss it-talbiet kollha ta' flus ta' ammont ta' mhux izjed minn elf u hames mitt lira Maltija". Dan skond kif provvdut fis-subinciz (2) ta' l-Artikolu 3.

F'dan il-kaz it-Tribunal adit issolleva 'marte proprio' l-inkompetenza tieghu 'ratione materiae' fuq l-assunt tal-kwalifika li hu jaghmel ta' hlas ta' drittijiet professjonali lill-pretensjoni tal-attur. Kombacjat ma' dan hemm ukoll l-osservazzjoni illi dawn l-istess drittijiet professjonali ma gewx ukoll preventivament intaxxati mis-Sekond'Awla.

Huwa dejjem l-att promotur kif intavolat, l-premessi u t-talbiet, li jifformaw il-parametri li fihom it-Tribunal kellu jezercita l-gudizzju tieghu u li allura jiddeterminaw il-kompetenza tieghu. Il-Qorti ta' l-Appell qieset li din kienet kwsitjoni li tirrientra fil-kompetenza tat-Tribunal.

Huwa pacifiku fi skorta ta' decizjonijiet illi b'applikazzjoni tar-regola likull wiehed ghandu jirrispondi ghall-hsara li tigri bi htija taghha, min ikun rebbieh f'kawza ghandu dritt jitlob id-danni mill-parti l-ohra. Jekk imbaghad dawn id-danni u l-pretensjoni dwarhom humiex jew le fondati dik tibqa' materja rizervata ghall-epurazzjoni u apprezzament taghha fil-meritu. Dan jigri dejjem fil-kaz ta' azzjonijiet ghad-danni ta' liema xorta jkunu. Hekk per ezempju ma huwiex negat illi t-Tribunal 'de quo' ghandu gurisdizzjoni li jinvesti materji dwar danni prestabbiliti derivanti minn incidenti stradali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info