Reference: 1858/2002/1

Judgement Details


Date
25/02/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
FOGG INSURANCE AGENCIES LIMITED NOE ET vs AZZOPARDI RAYMOND
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ASSIKURAZZJONI, SURROGA - META SSEHH IPSO IURE - DANNI, META JKUN HEMM AKTAR MINN ATTUR WIEHED M`HEMMX GHALFEJN ID-DANNI LIKWIDATI JIGU MAQSUMA BEJNIETHOM - ECCEZZJONIJIET, NUQQAS TA` INTERESS GURIDIKU IRID JITQAJJEM IN LIMINE LITIS - ECCEZZJONIJIET, RINUNZJA F`KAZ LI MA JITQAJMUX IN LIMINE LITIS - INTERESS GURIDIKU, ECCEZZJONI REALTTIVA TRID TITQAJJEM IN LIMINE LITIS
Summary
Jinsab provvdut fl-Artikolu 728(1) tal-Kap 12 illi l-eccezzjonijiet kollha, sew jekk dilatorji jew dwar il-meritu, jinghataw f'nota ta' l-eccezzjonijiet jew f'risposta skond il-kaz. Strettament ghalhekk l-eccezzjonijiet li ma jinghatawx, skond kif hawn preskritt, ma jistghux jitqajmu la f'nota ta'l-osservazzjonijiet u lanqas f'dibattitu orali ghaliex altrimenti l-Qorti ma tiddecidihomx.

Il-kwestjoni tan-nuqqas ta' interess guridiku kellha titqajjem "ope exceptionis" in kwantu din fis-sustanza vera taghha hi ta' indoli procedurali u preliminari li ma setghetx aktar titqajjem fi stadjuinoltrat tal-proceduri. Anzi gie senjalat il-principju illi l-Imhallef civili, u dan ghandu ighoddukoll ghal Gudikatur, ghandu fl-ghoti tas-sentenza f'kawza joqghod rigorozament fil-limiti tal-kontestazzjoni.

Huwa pacifikament akkolt illi s-surroga legali ssehh a favur ta' dak li kien obbligat ma' ohrajn jew ghal ohrajn ghall-hlas tad-dejn u kellu interess ihallsu sia jekk il-hlas ikun sar volontarjament kif ukoll wara kundanna b'sentenza.

Din is-surrogazzjoni legali hi koncessalis-socjeta` assikuratrici kif hekk insenjat minn bosta awturi.

Il-figura guridika tas-socjeta` attrici assiguratrici qua surrogata fid-drittijiet tal-assigurat taghha bl-operat ta' l-Artikolu1166(c) baqghet tigi sostenuta sa ricenti, kif manifest mid-decizjoni tal-Qorti tal-Appell.

Dan kollu jfisser illi ma kienetx mehtiega ghas-sostenn tal-posizzjoni guridika tas-socjeta` assikuratrici manifestazzjoni tassattiva ta' surroga ghab-bazi tal-polza tal-assikurazzjoni. Dan ghaliex,kif ampjament muri, s-surroga tirrizulta "ipso jure".

Meta ssir azzjoni minn assiguratur u assigurat ghall-hlas ta' danni minnhom sofferti m'hemmx ghalfejn id-danni jitqassmu fis-sentenza in kwantu l-kundanna tal-hlas tas-somma globali tad-danni hi res inter alios ghall-appellanti kwantu ghalmod kif din tigi diviza bejn l-atturi. F'liema mizura kull wiehed mill-atturi jisthoqqlu jippartecipa fis-somma rizarcitorja ma jikkoncernax lill-konvenut izda r-rapport intern bejn l-istess atturi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info