Referenza: 111/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/02/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
FARRUGIA DENIS ET vs DIMECH JOSEPH PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPALT, AFFINITA` GHALL-BEJGH META L-APPALTATUR JFORNI ANKI L-MATERJAL - APPALT, DISTINZJONI BEJN BEJGH U - BEJGH, KWALITA` ESSENZJALI - BEJGH, KWALITA` TRID TKUN GIET IMWEGHDA ESPLICITAMENT
Fil-Qosor
Meta appaltatur jintraprendi opra li fiha jaghti mhux biss ix-xoghol jew is-sengha tieghu, imma jfornixxi anki l-materjal, dan l-appalt huwa affini mal-bejgh.

M'ghandux ikun dubitat illi in linea generali ta' dritt xerrej ghandu jistenna b'affidament illi l-prodott mixtri jew maghzul minnu jikkorrispondi f'kull rispett ghal dawk il-karatteristici idonei li jikkontribwixxu biex hekk jikkwalifikawh. Konsegwentement, anke jekk ma jissemmewx esplicitament fil-kuntratt ta' ftehim, hi kanoni legali ta' l-ermenewtika kontrattwali li tikkonsidra dawn l-istess karatteristici bhala kwalita` essenzjali tal-prodott.

Jekk, imbaghad, din il-kwalita` essenzjali tkun giet lilu mweghda fil-mument tal-kontrattazzjoni hu mistenni li din l-istess kwalita` tkun tirrizulta b'mod effettiv fil-mument tal-kunsinna. F'kaz li l-prodott ikun jiddifetta ghal dik li hi kwalita` l-ligi tittutela l-interessi tax-xerrej billi takkordalu l-azzjoni dixxiplinata fl-artikolu 1390 tal-Kodici Civili. Din hil-azzjoni ghar-rizoluzzjoni tal-bejgh minhabba inadempjenza bazata fuq il-principju generali "inademplenti non est ademplendum" u fuq il-patt kommissorju tacitu tipiku ghall-kuntratti bilaterali kollha (Art 1068 Kodici Civili). Jaghmel sens ghalhekk il-kollokament taghha taht it-titolu "Fuq il-kunsinna" in kwantu din mhiex l-istess bhall-azzjoni in garanzija li l-venditur hu obbligat li jaghti skond l-Art 1378 u ghal liema hemm referenza fl-Art. 1408 tal-Kap 16. Ciononostante jista' jinghad li l-kwalita` mweghda hi garanzija f'sens tekniku u ghalkemm tiddifferenzja ruhha mill-garanzija legali ghall-vizzji li ma jidhrux hemm bejniethom certa unita` ta' dixxiplina in kwantu fit-tnejn hi ammessa l-azzjoni ghar-riduzzjoni tal-prezz.

Fil-kaz ta' l-artikolu 1390 jitqies l-ewwel nett lil-venditur ikun esplicitament wieghed kwalita` u li x-xerrej kellu f'mohhu specjalment din il-kwalita`.

Ma hemmx dubju illi biex wiehed jitkellem fuq difett ta' kwalita` f'sens guridiku din l-istess kwalita` trid tkun kuntrattwalment esplicita.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni