Reference: 722/1999/1

Judgement Details


Date
26/02/2004
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
PACE COLE ALBERT vs CHAIRMAN TAL-MALTACOM P.L.C.
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DISKRIMINAZZJONI AI TERMINI TAL-KOSTITUZZJONI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, META RIMEDJU ORDINARJI JEKWIVALI GHAL RIMEDJU KOSTITUZZJONALI - RES JUDICATA, META L-ECCEZZJONI TISTA` TITQAJJEM EX OFFICIO
Summary
Biex ikun hemm diskriminazzjoni, mhux bizzejjed li wiehed jilmenta li gie trattat hazin jew li gie trattat bi pregudizzju jew bi hsara ghad-drittijiet tieghu, izda dak l-agir irid jigi mqabbel ma' agir fil-konfront ta' persuna ohra fl-istess sitwazzjoni bhar-rikorrenti, u bid-differenza fit-trattament ma jkollhiex spjegazzjoni hlief l-opinjoni politika differenti taz-zewg persuni.

Wiehed jista' jigi singled out ghal trattament inuman, jew mehud lilu l-proprjeta' tieghu minghajr kumpens xieraq, jew soggett ghal diversi ingustizzji (ilmenti dawn li kollha jistghu jkunu l-oggett ta' kawzibbazati specifikament fuqhom), izda dan ma jwassalx ghal trattament diskriminatorju, sakemm ma jkunx hemm persuna, f'sitwazzjoni identika, li tkun giet ittrattata differenti.

Fil-kaz in ezami, ma jirrizultax trattament differenti fuq bazi ta' opinjoni politika. Fil-fatt, jirrizulta li waral-elezzjoni tal-1987 saru diversi transfers (b'kollox 280) u ma jirrizultax la li gew transferred haddiema ta' fehma politika partikolari biss, u lanqas li r-rikorrent inghata transfer partikolari jewspecjali minhabba l-impenn politiku tieghu. Nonostante li l-output tieghu kien kwazi nil, ma giexiddixxiplinat u ma ttiehdu ebda passi kontra tieghu, li juri li ma kienx gie singled out ghall-vendikazzjoni minhabba t-twemmin politiku tieghu.

Il-Korporazzjoni ntimata kienet, wiehed jasal biex ighid, pozittiva fil-konfront tar-rikorrent, ghax ghalkemm dan kien jirrifjuta li jitghallem sistemi godda u differenti ta' komunikazzjoni, xorta wahda hallietu fuq il-post tax-xoghol u ma hadet ebda passi dixxiplinari kontra tieghu. Impjegat b'din l-attitudni, mhux ta' b'xejn li ma inghatax promotion - hu ried jibqa' jahdem fuq sistema ta' komunikazzjoni antikwata, u ma riedx jaggorna ruhu jewjuri certa flessibilita' fix-xoghol tieghu. Ma jidhirx, allura, li hu kien jghin lilu nnifsu biex javvanza fuq il-post tax-xoghol, u kienet din, wisq aktar mit-twemmin politiku tieghu, li zammitu lura milli javvanza.

Meta ntbaghat fl-istazzjoni ta' Benghajsa, ir-rikorrent kellu jiehu ordnijiet minghand persuna fl-istess grad tieghu, izda li kien ‘junior' tieghu. Ma giex muri xi kwalifiki kellha din il-persuna, ghax wiehed li jkun ‘junior' fiz-zmien tas-servizz, jista' facilment ikun ‘senior' fil-kwalifiki u l-kapacitajiet amministrattivi. F'kull kaz, dan it-trattament jista' jwassal ghall-argument li hu kien gie trattat b'ingustizzja, pero', ma giex muri li kien hemm hadd iehor fl-istess sitwazzjoni, jew ahjar, li impjegati ta' twemmin politiku differenti kienu kollha imqieghda f'sitwazzjoni differenti.

Din il-Qorti, ghalhekk, bhal Kummissjoni dwar l-Impjiegi qabilha, massibx li kien hemm xi diskriminazzjoni politika fit-trattament tar-rikorrenti, u ma tarax li r-rikorrent ipprova l-allegazzjoni tieghu li hu gie trattat b'mod diskriminatorju minhabba l-opinjonijiet politici tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info