Reference: 1129/1984/1

Judgement Details


Date
18/02/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
VELLA CARMEL vs SAMMUT VICTOR ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACCESSJONI, DRITT GHAR-RIZARCIMENT TAD-DANNI - ACCESSJONI, ELEMENTI TA` - ACCESSJONI, KUMPENS GHANDU JIGI BAZAT FUQ IL-VALUR TAL-PROPRJETA` OKKUPATA FIZ-ZMIEN TAS-SENTENZA
Summary
Sabiex issehh accessjoni ai termini ta' l-Artikolu 571 tal-Kodici Civili huwa mehtieg li:

(i)illi x-xoghol in kwestjoni jrid ikun xoghol ta' bini;

(ii) illi tkun giet okkupata porzjonital-fond kontigwu meta jkun qed jinbena edifizzju. Kieku l-okkupazzjoni tkun wahda in toto ta' l-art il-kaz hu regolat bid-disposizzjoni ta' l-Artikolu 569 (1) u mhux bl-Artikolu 571;

(iii) illi l-okkupazzjoni trid tkun in buona fede;

(iv) illi sid l-art okkupata jkun jaf bil-fatt u baqa' inattiv;

Huwa principju generali in materja ta' danni jew kumpens rizarcitorju bhal prezenti illi di regola l-persuna danneggjata jew f'dan il-kaz sid l-art ghandhom dritt jikkonsegwixxu rizarciment li jirrientegra l-patrimonju taghhom minn kull konsegwenza ekonomika ta' l-event dannuz ughalhekk f' kaz ta' rizarciment per equivalent dan ghandu jikkonsisti f' somma li tekwipara l-valurta' l-utilitajiet mitlufa.

Dan hu possibbli anke f' kaz ta' din ix-xorta in vista tal-lokuzzjoni generika fl-Artikolu 571 u cjoe li l-okkupant jaghmel tajjeb ghal kull hsara li tkun saret;

Dan ma jidherx li jista' jkun disputat. Il-funzjoni primarja tar-rizarciment hi dik li l-kompensazzjoni stabbilita ghandha tikkorrispondi sew ghall-pregudizzju arrekat. Dan fis-sens illi ghandhatigi restawrata, almenu per equivalente, l-qaghda tas-sid ta' l-art qabel ma sehh il-fatt kompjut.Mhux eskluz allura illi fit-tutela shiha ta' l-interessi tas-sid jittiehed kont, ghall-iskop tar-reintegrazzjoni, mill-privazzjoni subita, t-telf tal-profitt, in-nuqqas ta' l-utilizzazzjoni xierqa uampja tal-proprjeta` tieghu, u elementi bhall-izvalutazzjoni monetarja ghall-iskop tad-determinazzjoni tal-pregudizzju patrimonjali tieghu f' termini monetarji. Fi kliem iehor il-likwidazzjoni ghandha tkun wahda ekwitattiva;

Hu biss in forza tal-gudizzju tal-Qorti li, kif manifest fis-sentenza appena riferita, jopera ruhu t-trapass tad-dritt tal-proprjeta` in forza ta' l-accessjoni tal-porzjoni zviluppata minn min bena fuqha. Li jfisser allura illi biex il- valutazzjoni ta' l-art u r-rizarciment danni jitqiesu gusti b' mod li jissokkorru lil min sofra l-privazzjoni ta' parti mill-proprjeta` tieghu dawn ghandhom jigu in rapport maz-zmien l-aktar vicin id-decizjoni;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info