Reference: 68/1997/1

Judgement Details


Date
16/02/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
ZAMMIT EDWIN ET vs SOCJETA' GROUP 9 LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SOCJETA` KUMMERCJALI, META D-DIRETTURI JAGIXXU IN ECCESS TAL-POTERI TAGHHOM - SOCJETA` KUMMERCJALI, PREZUNZJONIJIET DWAR IR-RAPPREZENTANZA TA` - SOCJETA` KUMMERCJALI, RAPPREZENTANZA TA`
Summary
Din kienet kawza dwar il-poter ta' direttur ta' kumpannija li jkun qed jagixxi ultra vires il-poteritieghu jorbot lill-istess kumpannija f'kontrattazzjonijiet ma' terzi taht ir-regim ta' l-Ordinanzadwar is-Socjetajiet Kummercjali.

Il-Qorti irriteniet li certament, terza persuna li titrattama' socjeta` ghandha dover li tikkonsulta d-dokumenti pubblici ta' l-istess socjeta` meta hija tkunse tinnegozja maghha. Issa fil-kaz odjern l-istatut tas-socjeta` appellanti kien jippremetti li direttur wiehed seta' jirraprezenta lis-socjeta` konvenuta u jorbot l-istess socjeta` ma' terzi, purche` li jkun awtorizzat li jaghmel hekk mill-Bord. Meta d-direttur in kowistjoni ipprezenta ruhu bhala direttur li qed jirrapprezenta lis-socjeta` appellanti fuq l-iskrittura in kwistjoni, l-attur kienpjenament intitolat li jassumi li dak l-istess direttur kien debitament ottempera ruhu mar-regolamenti interni tas-socjeta` appellanti. Dana huwa aktar u aktar hekk meta d-direttur in kwistjoni mhuxbiss deher u ffirma ghan-nom tas-socjeta` konvenuta appellanti izda f'dik l-okkazjoni hallas sommata' flus konsiderevoli. Hija massima bazika tal-Ligi Civili illi l-kuntratti ghandhom jigu esegwitibil-buona fede u hija massima wkoll importanti tal-procedura li "omnia praesumuntur rite ac solemniter esse acta". Biex din l-ahhar imsemmija prezunzjoni ma tavverrax ruhha, ikun irid jigi pruvat jew li t-terza persuna kienet ben konxja li l-istess direttur ma kellux l-awtorizzazzjoni mehtiega mir-regolamenti interni tal-kumpannija, biex jorbot lill-istess kumpannija jew inkella jkunu jirrizultaw cirkostanzi partikolari li ragonevolment kellhom inisslu suspett f'dik it-terza persuna li l-istess direttur ma kienx debitament awtorizzat li jorbot lill-kumpannija.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info