Reference: 422/1997/1

Judgement Details


Date
13/02/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
MAGRI GLADYS ET vs BALDACCHINO ALFRED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, HTIEGA TA` PUSSESS MATERJALI - ACTIO SPOLII, LIEMA TIPI TA` PUSSESS HUMA PROTETTI
Summary
L-actio spolii hija radikata fuq l-esigenza ta' utilitia' socjali, intiza sabiex tkun esitiza l-protezzjoni lil kwalunkwe pussess u jigi mpedut lic-cittadin privat milli jiehu l-gustizzja f' idejh, b'dan li l-fini taghha huwa dak li jigi restawrtat l-istat tal-pussess li jkun gie skonvolt jew turbat. Din l-azzjoni ghandha l-iskop li tassigura li jigi riprestinat l-ordni socjali li l-persuna li tkun vjolentement spussessata tigi qabel xejn reintegrata fil-pussess taghha. Spoliatur ante omnia restituendum. L-artikolu tal-ligi li jikkontempla din l-azzjoni huwa indubbjament ta' ordni pubbliku uhuwa inerenti ghall-fatt ta' min b' awtorita' privata jghmel ghad-dannu ta' terza persuna att li, ghalkemm jista' jkollu dritt ghalih, ma jkunx jista' jesercitah minghajr l-intervent tal-Qrati.

Il-pussess li tirrikjedi l-ligi fl-ispoljat ghall-fini tal-azzjoni tar-reintegrazzjoni huwa kwalunkwe pussess materiale u di fatto. Il-pussess mhux mehtieg li jkun esklussiv.

Hawnhekk l-atturiintentaw azzjoni ta' spoll izda gie provat illi fil-mument ta' l-att li minnu kienu qed jilmentaw ma kienx ghad kellhom il-pussess materjali tal-fond [jew tgawdija ta' xi dritt fuqu], liema pussess kien ghadu vestit f'terz inkwilin. La darba ma kellhomx il-pussess de facto tal-fond, allura ma jistax jinghad li huma gew spussessati klandestinament mill-pussess tal-istess fond u per di piu' jitolbu li jigu reintegrati fil-pusess taghhom - pussess li ma kellhomx!




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info