Reference: 138/2002/1

Judgement Details


Date
12/02/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
SPITERI ANTONIA vs SPITERI MARIO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, HTIEGA TAN-NOTIFIKA TA` L-ATT LILL-KONJUGI LI MA JKUNX TA IL-KUNSENS TIEGHU GHALIH - ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, KIF GHANDHA SSIR IN-NOTIFIKA TA` TALI ATT LILL-KONJUGI LI MA JKUNX TA IL-KUNSENS TIEGHU GHALIH
Summary
Filwaqt li l-artikolu 1357(2) tal-Kodici Civili jipprospetta dritt ta' azzjoni f'weghda ta' bejgh sabiex parti ggieghel lill-ohra twettaq l-obbligi taghha, l-Artikolu 1326 jitkellem dwar l-azzjoni disponibbli lil wiehed mill-konjugi li jhassar att maghmul mill-konjugi l-iehor minghajr il-kunsens mehtieg.

L-artikolu 1326 jipprospetta dritt ta' azzjoni moghti lill-parti li tallega li ma kienitx accettanti.

Kjarament, dawn iz-zewg azzjonijiet huma differenti minn xulxin. Fl-ewwel azzjoni hemm il-presunzjoni li l-partijiet involuti huma pjenament edotti minn dak li jkun gie miftiehem bejniethom, filwaqt li l-azzjoni l-ohra ghal fini ta' dikjarazzjoni ta' annullament il-presunzjonihija dik li l-parti li tagixxi ma kienitx edotta mill-ftehim.

Hu proprja minhabba f'din id-differenza bazilari bejn iz-zewg azzjonijiet, ankorke' il-punt tat-tluq hija weghda ta' bejgh f'forma ta' att ta' konvenju, li fil-kaz ta' l-azzjoni ezercibbli mill-accetant hija bizzejjed interpellazzjoni per via ta' att gudizzjarju kif imnizzel fl-artikolu 1357 (2), filwaqt li ghal fini ta' l-azzjoni ta' annullament, dik il-parti trid tkun giet imqeghda f'pozizzjoni li hija setghet tkun taf b'dan li jkun gie imwieghed.

Filwaqt li parti fuq il-konvenju jaf id-dettalji ta' l-istess att,persuna li ma kienetx parti fuq konvenju ghandha tkun infurmata mhux biss li sar l-att, izda ghandhatitqieghed f'pozizzjoni "li hija setghet tkun taf b'dan li jkun gie imwieghed." Dan ifisser li dikil-parti li ma tkunx iffirmat il-kuntratt trid titqieghed f'pozizzjoni li tista' issir tkun taf b'dak li jkun gie imwieghed, izda mhux bilfors li hi tinghata l-informazzjoni kollha fuq platt! Fuq kollox huwa principju generali li kull persuna trid tiehu hsieb l-affarijiet taghha hi stess, u jekk dinikollha bizzejjed informazzjoni li a bazi taghha tista' tirregola ruhha, m'ghandhiex tippretendi aktar minn hekk. Persuna, biex wiehed jiehu ezempju, li taqa' kontumacja f'kawza, ma tistax tiggustigika l-kontumacja taghha billi tghid li hi ma tafx taqra, ghax, f'cirkustanzi bhal dawn, ikun dmir taghha li titlob li l-att tac-citazzjoni jinqralha minn xi hadd li jaf jaqra.

Il-ligi trid li, dak li jkun, jiehu inizjattiva u jiehu hsieb l-affarijiet tieghu, basta li dan jitqieghed f'pozizzjoni li jista' jkun jaf. Jekk jitqieghed f'dik il-pozizzjoni, izda ma jsirx jaf x'inhi s-sitwazzjoni, imma seta' jkun bi ftit indagini, allura imputat sibi.

Il-Qorti irriteniet li l-attrici inghatat l-informazzjoni kollha mehtiega biex hi "setghet tkun taf" b'dak li gie imwieghed. Kellha d-dettalji tal-post li kien l-oggett tal-konvenju, u kellha wkoll id-data meta gie iffirmat. B'semplici domanda lin-Nutar koncernat setghet takkwista kopja tal-konvenju kif kellha dritt. B'dik l-Ittra Ufficjali, l-attrici giet avvzata bl-att li sar minn zewgha u, min dak il-mument, setghet tirregola ruhha.Biex l-att ikun notifikat lill-konjugi li ma kienetx ippartecipat fih, mhux mehtieg li ssir konsenja ta' l-att nnifsu, izda hu bizzejjed notifika ta' dawk id-dettalji li jitqiesu bizzejjed biex dak li jkun jitqieghed f'pozizzjoni li jkun jaf x'sar.

Fuq kollox, wiehed m'ghandux isegwi l-kliemtal-ligi ad litteram, izda dawn ghandhom jigu interpretati skond il-principji ta' erminawtika soliti adoperati mill-Qrati taghna, u kif intwera, anke meta l-kliem tal-ligi hu car, il-Qrati dejjem interpretawhom fid-dawl tal-principju li hu obbligu ta' dak li jkun li jaghmel il-verifiki tieghu. Inoltre, jekk wiehed isegwi l-kliem tal-ligi verbatim, jigi li n-notifika trid issir ta' l-att u mhux ta' kopja ta' l-att, liema interpretazzjoni zgur twassal ghal tifsira ad absurdum.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info