Reference: 1433/2002

Judgement Details


Date
26/01/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
AZZOPARDI JOSEPH
Parties
SCHEMBRI IAN ET vs CARUANA SHEILA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
KONVENJU, SA META TRID TIGI PREZENTATA L-ITTRA UFFICJALI AI TERMINI TA` L-ARTIKOLU 1357(2) TAL-KODICI CIVILI
Summary
Il-ligi tal-procedura, l-ahhar gurnata ta' kull terminu li mhuwiex korrenti ma tibqax tfisser li hija ta' erbgha u ghoxrin siegha li jaghlqu f' nofs il-lejl imma tfisser gurnata li taghlaq meta meta jaghlaq ir-registru skond il-hinijiet diversi ta' matul is-sena stabbiliti b' ligi. Fil-kaz ta' terminu bi granet korrenti allura meta l-ahhar gurnata tinzerta li mhijiex gurnata tax-xoghol, allura t-terminu jaghlaq fl-ewwel gurnata tax-xoghol li jkun imiss u fil-hin li jaghlaq ir-registru.

L-Artikolu 104 tal-Kap. 12 jiddisponi li "Iz-zmien ta' erbgha u ghoxrin siegha jitqies li jaghlaq il-gurnata ta' wara fis-siegha stabbilita ghall-eghluq tar-registru."

L-artiklu 179 (1) jghid illi:

"L-iskritturi ghandhom jigu ppresentati fir-registru tal-Qorti rispettiva matul il-hinijiet li skond ir-regolamenti ir-registi jinzammu miftuha."

Meta l-ligi tistabilixxi terminu li fih ghandhu jigi prezentat xi att, dak it-terminu jaghlaq fil-gurnata stabbilita fil-hin tal-eghluq tar-registru. Il-Procedura tal-ftuh tar-registru mhiex intiza biex min ikun skadielu terminu ghal xiatt partikolari jestendi awtomatikament dak it-terminu b' terminu iehor imma hija intiza biss biexf' kazijiet ta' urgenza li jkunu jirrikjedu azzjoni tempestiva da parti tal-Qorti tali azzjoni tkuntista tittiehed.

Ghalhekk ittra ufficjali taht l-Artikolu 1357 tal-Kodici Civili ghandha tigiprezentata fil-gurnata stabbilita ghall-iskadenza tal-konvenju sal-hin tal-eghluq tar-registru.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info