Referenza: 811/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/01/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
AZZOPARDI JOSEPH
Partijiet
PARKLANE INVESTMENTS LTD vs PORTELLI LUIGI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RITRATTAZZJONI, ESKLUZJONI TAL-ISTITUT TA` RESTITUTIO IN INTEGRUM - RITRATTAZZJONI, L-UNIKU MOD LI BIH JISTA` JIGI DISTURBAT GUDIKAT
Fil-Qosor
Il-ligi tal-procedura taghna tipprovdi ghall procedura tar-ritrattazzjoni f' kazijiet specifici fejnghal xi raguni is-sentenza in kwistjoni ikollha xi difett li kien ikollhu effett fuq l-esitu tas-sentenza kieku ma esistix, jew li ippregudika serjament id-dritt tal-parti li titlob ir-ritrattazzjonighall smiegh gust. Skond l-artiklu in kwistjoni ossija l-artiklu 818 (2) tal-Kap 12, f' kull kaz ma tistax tintalab ritrattazzjoni wara hames snin li l-kawza tkun ghaddiet in gudikat. L-artiklu 819imbaghad jghid li dan il-perjodu huwa perentorju.

L-iskop ta' dan hu evidenti u cioe li l-legislatur hass li ma jistax ikun hemm stat ta' incertezza indefinita fejn jidhlu kwistjonijiet ta' drittijiet akkwisiti wara process gudizzjarju.

L-ebda disposizzjoni fil-Ligi taghna ma taghti lok li titressaq citazzjoni sabiex sentenza li tkun ghaddiet in gudikat tigi dikjarata nulla u bla effett u l-Qorti tieqaf hemm. Ghalhekk din il-Qorti mhiex se tisma l-provi dwar x' kienet il-procedura segwita f' kawza li ghaddiet in gudikat u li fiha ma giex utilizzat ir-rimedju provdut mill-Ligi sabiex tali sentenza tigi attakkata.

L-effikacja guridika u socjali tal-gudikat tirrikjedi illi l-amministrazzjoni tal-gustizzja da parti tal-Qorti tal-pajjiz ma tigix imfixkla u intralcjata billi fi kwalunkwe zmien u bla ebda limiti l-parti li titlef kawza terga tqajjem kwistjoni rigward taghha u terga tiftaha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni