Reference: 1719/2000/1

Judgement Details


Date
23/01/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
AZZOPARDI JOSEPH
Parties
GALEA EMMANUEL vs SCICLUNA PIERRE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, META D-DANNEGGJAT IKOLLU IMPJIEG LI MA JEHTIEGX ATTIVITA` FIZIKA - DANNI, META D-DANNEGGJAT IKOLLU INTROJTU SEKONDARJU MINN ATTIVITA` SPEKULATTIVA
Summary
Din kienet azzjoni ghad-danni fejn l-attur kien perit prattikanti u barra l-qliegh illi kien jaghmelmill-professjoni kien ikollu ukoll certu qliegh mis-sehem tieghu f'socjeta` kummercjali. Hu kien qed jitlob allura li l-komputazzjoni tad-danni tinkludi l-ammont li kien jaqla b'rizultat tal-attivitatal-kumpanija imsemmija.

Il-Qorti hasset li prima facie ghandha tiddistingwi bejn qliegh u iehor ghaliex inkella tkun qed tiddiskrimina kontra certi persuni li l-qliegh taghhom ikun gej biss minn attivita apparentement sedentarja li ma tigi affetwata xejn minn disabilita'. Irriteniet li dawnil-fatturi illum jistghu ikunu iktar komuni meta l-attivita ekonomika permezz tal-informatika qed tizdied u allura jista ikollok iktar kazi ta' impjieg li jirrikjedu ftit li xejn attivita fizika izdahafna attivita intelletwali u li allura ma tigi effettwata kwazi xejn min disabilita'. In effettianke persuna totalment paralizzata fiziakament tista timpjega ruhha bi qliegh tajjeb jekk il-mezzi intelletwali taghha jippermettula taghmel uzu mill-mezzi moderni ta' komunikazzjoni.

Il-kaz odjern pero' kien fih element iehor u cioe' li din l-attivita' tal-attur ma kienetx il-mezz ewlieni tal-ghixien tieghu li hija primarjament il-professjoni tieghu. Il-Qorti irriteniet li l-attur ma setax jistrieh fuq dan il-qliegh ghaliex minn natura taghha l-attivita spekulattiva fil-qasam tal-kostruzzjoni u bejgh ta' propjeta ma hijiex stabbli u oltra dan hu car li l-attur fil-waqt li jahdem b'modkonsistenti u redditizju bhala perit arkittett kellu sehem f'din il-kumpanija biex tipprovdilu qliegh separat illi isostnilu l-qliegh primarju tieghu.

Il-Qorti lanqas ma qablet illi meta d-disabilita' tkun zghira, il-Qorti ghandha tiddecidi arbitrio bonii virii l-ammont pagabbli bhala dannighaliex dan jippenalizza lill-attur u l-ghan tal-Qorti mhux li tippenalizza izda li taghti lil kullhadd dak li haqqu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info