Reference: 1054/1995/2

Judgement Details


Date
23/01/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
CAMILLERI ANDREW ET NOE vs VELLA PAUL ENRICO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, META SSEHH DIMINUZZJONI PATRIMONJALI F`KAZ TA` ASSUNZJONI TA` DEJN - GARANZIJA TAL-PACIFIKU PUSSESS, META MA JSIRUX RICERKI - GARANZIJA TAL-PACIFIKU PUSSESS, META R-RICERKI JSIRU HAZIN - GARANZIJA TAL-PACIFIKU PUSSESS, META X-XERREJ IKUN SKANSA L-EVIZZJONI BIL-HLAS TA` SOMMA TA` FLUS - PRESKRIZZJONI, KREDITURI U PERSUNI OHRA LI JKOLLHOM INTERESS LI JINQDEW BIL-PRESKRIZZJONI
Summary
Meta bejjiegh jaghti l-garanzija tal-pussess pacifiku, huwa jkun marbut b'dik il-garanzija. Sarux jew le r-ricerki, u sarux sew jew le, jista' jkun relevanti ghar-relazzjoni bejn ix-xerrej u l-konsulenti professjonali tieghu, izda huwa ghal kollox irrelevanti ghar-relazzjoni bejn bejjiegh u xerrej,ghax il-bejjigh jibqa' marbut bil-garanzija tal-pussess pacifiku stipulata espressament fil-kuntratt ta' bejgh-u-xiri.

1421. Meta x-xerrej ikun skansa l-evizzjoni tal-fond bil-hlas ta' sommata' flus, il-bejjiegh jista' jehles mill-konsegwenzi kollha tal-garanzija billi jaghti lura lix-xerrej is-somma li dan ikun hallas bl-imghaxijiet, u l-ispejjez kollha.

Tassew illi l-preskrizzjoni ma toqtolx l-obbligazzjoni ipso iure izda biss jekk id-debitur iressaq l-eccezzjoni, u jekk id-debitur jaghzilx li jressaq l-eccezzjoni hija kwistjoni mhollija lill-kuxjenza tieghu. Madankollu, l-art. 2113 tal-Kodici Civili jaghti lil persuni interessati l-jedd li jressqu l-eccezzjoni wkoll jekkid-debitur ma jressaqhiex:

2113. Il-kredituri u persuni ohra li jkollhom interess li jinqdew bil-preskrizzjoni, jistghu jaghtu l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni, ukoll jekk id-debitur jew il-pussessur ikun irrinunzja ghaliha.

Xerrej li jistitwixxi azzjoni ta' regress kontra l-venditurtieghu ghar-rizarciment ta' dak li jkun intrabat li hallas sabiex jevita l-evizzjoni mill-fond li jkun xtara jista' jigi rinfaccjat bl-eccezzjoni li parti minn dak li jkun intrabat li jhallas (f'dan il-kaz arretrati ta' cens) huwa preskritt. Il-Venditur f'tali cirkostanzi huwa persuna li ghandha "interess li tinqeda bil-preskrizzjoni" u ghalhekk ikun jista' jitlob li jithalla jidhol f'kawza li d-direttarju ghad jista' jaghmel kontra x-xerrej ghall-hlas ta' l-arretrati tac-cens, u jressaq l-eccezzjoni ta' preskrizzjoni.

Il-fatt li dejn ma jkunx thallas ma jfissirx li ma jkunx itaqqal il-patrimonju tad-debitur. Ghalhekk hija disponibbli azzjoni ta' regress anki qabel ma jsir il-hlas.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info