Reference: 1447/1996/1

Judgement Details


Date
28/01/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MUSCAT JOSEPH U MARTU DORIS vs CHAIRMAN TAL-AWTORITA' TAD-DJAR ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, ARTIKOLU 469A ESKLUZ MINN MODI TA` KONTESTAZZJONI JEW RIMEDJI MOGHTIJA MINN LIGIJIET AD HOC - STHARRIG TA` GHEMIL AMMINISTRATTIV, AWTORITA` TAL-IPPJANAR
Summary
Il-Qrati taghna ghandhom sahansitra l-poter li jissindikaw il-validita` ta' l-atti tal-poter ezekuttiv u legislativ, fis-sens li jaraw jekk dawk l-atti jidhlux fl-attribuzzjonijiet ta' l-awtorita` liordnathom, jew gietx osservata l-forma stabbilita mil-ligi. Minn dan jitnissel il-korollarju li d-derogi ghall-gurisdizzjoni ghandhom jigu interpretati restrittivament, u f' kaz ta' dubju ghandhom jigu eskluzi.

L-Artikolu 469A(4) jipprovdi li:

"Id-disposizzjonijiet ta' dan l-artikolu ma ghandhomx japplikaw meta l-mod ta' kontestazzjoni jew ta' ksib ta' rimedju dwar xi att amministrattiv partikolari quddiem Qorti jew tribunal jigi provvdut dwaru f'xi ligi ohra."

Il-ligi (AttI ta' l-1992) tahseb, kif dovut u sewwa, ghall-appelli statutorji minn decizjonijiet ta' l-Awtorita`stess jew permezz tal-Kummissjoni ghall-Kontroll ta' l-Izvilupp, jew minn haddiehor delegat minnha.Dan hu proprju l-kamp tal-"judicial review" ta' decizjonijiet amministrattivi li hu ntiz biex jipprovdi rimedju lic-cittadin minn decizjonijiet amministrattivi li jolqtuhom avversament.

Is-subartikolu (4) ta' l-Artikolu 469A, biex jigi interpretat gustament, m' ghandhux jinghata interpretazzjoni restrittiva. L-eskluzjoni tal-gurisdizzjoni tal-Qorti, biex tistharreg l-ghemil amministrattiv, tkun gustifikata biss jekk il-Qorti tkun sodisfatta li, fil-prattika, persuna kellha rimedju effikaci u adegwat verament disponibbli ghaliha u hija irragonevolment ma utilizzatx tali proceduri disponibbli.

La darba l-gurisprudenza kostanti tal-Bord kienet teskludi persuni mid-dritt ta' appell quddiemu, jekk dawn ma kienux applikanti, allura jsegwi li l-appellanti ma ghamlu xejn hazin lisegwew din il-gurisprudenza;

Mill-perspettiva imbaghad li huma ma kienux jafu bid-decizjonita' l-Awtorita` u ghalhekk ma kienux in grad li jressqu l-oggezzjoni taghhom fiz-zmien statutorju utili, argoment dan ukoll sollevat mill-atturi odjerni, dik il-Qorti fis-sentenza citata rrimarkat illi r-rimedju prospettat kien fid-dati cirkostanzi wiehed li teoretikament u potenzjalment biss kien disponibbli u fil-prattika ta' kif sehhew il-fatti rilevanti l-appellanti ma kellhom l-ebda rimedju effikaci;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info