Reference: 795/1994/1

Judgement Details


Date
23/01/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MEILAQ ANTON ET vs ZAMMIT GIUSEPPI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, DISTINZJONI BEJN FOND URBAN U FOND RUSTIKU - LOKAZZJONI, KUNCETT TA` MEMBRU TAL-FAMILJA - KAP. 199 - LOKAZZJONI, TRASFERIMENT CAUSA MORTIS TA` QBIELA LIL PERSONA LI MA TKUNX TIKKWALIFIKA BHALA MEMBRU TAL-FAMILJA TAHT IL-KAP. 199 - UZUFRUTT, DRITTIJIET TA` L-UZUFRUTTWARJU - ZGUMBRAMENT, AZZJONI EZERCITATA MINN KOMPROPRJETARJU - ZGUMBRAMENT, AZZJONI EZERCITATA MINN NUDO PROPRJETARJU - ZGUMBRAMENT, AZZJONI EZERCITATA MINN UZUFRUTTWARJU
Summary
Huwa minnu li l-Artikolu 374 tal-Kodici Civili jipprovdi li l-uzufruttwarju ghandu, taht piena ta' hlas ta' danni, jgharraf lis-sid minghajr dewmien b'kull att li bih haddiehor juzurpa jew jaghmel hsara lill-jeddijiet tas-sid. Korrettement intiz, pero`, dan id-dispost ma kienx jillimita b'xi mod il-jedd ta' azzjoni li seta' jkollu l-uzufruttwarju sabiex jottjeni l-izgumbrament ta' min ikun qieghed izomm fond soggett ghall-uzufrutt minghajr titolu u lanqas li necessarjament jillimita tali jedd tas-sid ad eskluzjoni tal-uzufruttwarju. Din id-disposizzjoni hi intiza unikament biex tissalvagwardja l-interessi tas-sid billi tassigura li jingiebu a konjizzjoni tieghu mill-uzufruttwarju dawk l-attijiet ta' terzi li b'xi mod setghu jippregudikaw il-proprjeta` tieghu soggetta ghall-uzufrutt ta' haddiehor.

Huwa innegabbli illi n-nudo proprjetarju ghandu wkoll interess guridiku proprju u attwali fil-meritu tal-kawza. Anke, kif gja manifest, mhux eskluz li l-uzufruttwarja seta' hi wkollkellha tali interess, u setghet ukoll talvolta tkun parti f'din l-azzjoni l-presenza taghha ma kienetx assolutament mehtiega.

Gja fil-kaz fejn jirrizultaw diversi komproprjetarji u l-azzjoni issir biss minn wiehed minnhom kien gie rilevat illi whud mill-komproprjetarji jistghu jottjenu l-izgumbrament ta' min ikun qieghed jokkupa l-fond komuni minghajr titlu u dan anki minghajr il-kunsens tal-konsorti l-ohra.

Huwa desumibbli minn dan premess illi s-sidien setghu jagixxu anke indipendentement mill-uzufruttwarja u li dippju lanqas ma kienet mehtiega tassattivament il-presenza taghhaghall-iskop tal-integrita` tal-gudizzju.

Jinsab pacifikament akkolt illi biex tigi determinata n-natura, urbana jew rustika ta' fond, kontrapposti f'diversi disposizzjonijiet tal-ordinament Civili taghna, ghandu jigi mehud in konsiderazzjoni l-iskop principali tal-kuntratt, ossija l-oggett principali tal-kirja, b'mod li jekk dan l-oggett principali jirrifletti l-koltivazzjoni tar-raba huwafond rustiku, u jekk jirrifletti l-abitazzjoni huwa fond urban.

Jekk dan ma jibbastax biex jigi definitivament stabbilit illi si trattava ta' kirja ta' fond rustiku ossija l-ghalqa, kif imfissra taht it-terminu "raba" fl-Att XVI ta' l-1967 (Kap 199), hemm ukoll ir-riflessjonijiet li necessarjament huma ndotti mill-fatt ta' l-entita` tal-ghalqa li manifestament turi li l-parti predominantikienet kostitwita mir-raba u mhux mir-razzett. Agguntivament ma' dan hemm il-fatt illi l-kera kienjithallas kull Santa Marija, hlas dan li jikkorrispondi ghall-kirja agrikola. Is-sena rustika tal-kirjiet hi komputata skond il-konswetudini mill-15 ta' Awissu sal-15 ta' Awissu ta' wara.

Ghaldak li jirrigwarda d-definizzjoni ta' kerrej taht il-Kap. 199 l-Artikolu 2 tal-Kap imsemmi jibda bhala gradwatorja biex isemmi c-cessjonarju tal-kirja, u wara l-mewt tal-kerrej, f'ordni ta' preferenza, legatarju tal-kirja jew li matul l-ahhar sena minnufih qabel il-mewt tal-kerrej kien jghix mal-kerrej jew kien jahdem ir-raba mieghu jew ghalih jew ikun il-werriet tal-kerrej". Nexus rikorrenti lil-ligi taghmel fil-kaz ta' dawn l-alternattivi kollha hija l-frazi "membru tal-familja".

Huwa evidenti illi l-ahwa ma kienux annoverati f'din id-definizzjoni. Lanqas ma jistghu jivvantaw titolu bis-sahha tas-successjoni intestata meta l-istess kirja kienet fl-istadju ta' rilokazzjoni. Dan ghaliex f'dan il-kaz tiskatta l-ligi specjali li tirregola t-tigdid ta' kira tar-raba, u din, kif fuqmuri, tipprovdi regoli ben definiti li jirrestringu r-rilokazzjoni ghal dawk il-membri tal-familjali hi tippreciza fid-definizzjonijiet fl-Artikolu 2. Kif puntwalizzat fl-ahhar precitata sentenza"kien biss f'dawn ic-cirkostanzi li l-legislatur ried li l-qbiela tghaddi u tkompli 'ex lege' fil-persuna ta' "membru tal-familja" ta' l-inkwilin".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info