Reference: 81/2000/2

Judgement Details


Date
21/01/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
DEPASQUALE ANTON
Parties
TAMARAC LIMITED vs SIMONDS ANGELA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPLIKAZZJONI TARD TA APPELL
Summary
Permezz tal-eccezzjoni preliminari taghha s-socjetà ritrattata Tamarac Limited qed tissottometti illi l-azzjoni odjerna hija nulla peress illi ma gietx intavolata entro “. t-terminu ta' tlett xhur koncess taht l-Artikolu 813 tal-Kodici tal-Organizazzjoni u Proceduri (sic) Civili”.

Ir-riferenza ghall-artikolu 813 tal-Kap. 12 f'din l-eccezzjoni saret b'lapsus; din ir-riferenza kellha tkun ghall-artikolu 818 tal-Kap.12 u dina l-Qorti tal-Appell trattat l-istess eccezzjoni bhal li kieku moghtija ai termini ta' dan l-ahhar imsemmi artikolu, illi jiddisponi hekk:

818. (1) Iz-zmien lifih tista' ssir it-talba ghar-ritrattazzjoni huwa ta' tliet xhur, u jibda jghodd -
(a) fil-kazijiet imsemmija fil-paragrafi (a) u (k) tal-artikolu 811, mill-gurnata li fiha jinkixef il-qerq, jew jinsab id-dokument;
(b) fil-kaz imsemmi fil-paragrafu (b), mill-gurnata li fiha l-attur ikun gie jaf bis-sentenza;
(c) fil-kazijiet imsemmija fil-paragrafu (j), jekk il-falsità tkun, fuq talba jewkwerela tal-istess attur, giet iddikjarata wara s-sentenza attakkata, mill-gurnata ta' dik id-dikjarazzjoni, u jekk tkun giet iddikjarata wara dik is-sentenza, izda fuq talba jew kwerela ta' haddiehor, jew jekk tkun giet iddikjarata qabel, mill-gurnata li l-attur ikun gie jaf b'dik id-dikjarazzjoni;
(d) f'kull kaz iehor, minn dak in-nhar tas-sentenza attakkata.
(2) Ma tista' tintalab f'ebdakaz ritrattazzjoni wara li jghaddu hames snin minn meta tkun inghatat l-ewwel sentenza.

Ghall-kaz odjern japplika l-provvediment tal-artikolu 818(1)(d) tal-istess Kap.12 u, ai termini tieghu,l-azzjoni odjerna riedet tigi intavolata mhux izjed tard minn tliet (3) xhur mid-data tas-sentenza attakkata.

Din is-sentenza li dwarha qed isir dan l-appell giet pronunzjata fis-sitta (6) ta' Mejju, 2003 u, konsegwentement, ir-rikors odjern ma setghax jigi intavolat aktar tard mis-sitta (6) ta' Awissu, 2003. Fil-fatt, jirrizulta illi dan ir-rikors gie intavolat fil-hdax (11) ta' Awissu, 2003, jigifieri hamest (5) ijiem wara illi skada t-terminu kontemplat mic-citat artikolu 818(1)(d) tal-Kap. 12.

Ghaldaqstant din l-Onorabbli Qorti tal-Appell tilqa' l-eccezzjoni preliminaritas-socjetà ritrattata billi tiddikjara l-azzjoni odjerna irrita u nulla u, konsegwentement, tastjeni milli tiehu konjizjoni ulterjuri tal-istess azzjoni, filwaqt li tordna illi l-ispejjez jigu sopportati kollha mir-ritrattandi Angela Simmonds.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info