Reference: 1151/1989/1

Judgement Details


Date
09/01/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
ZAMMIT ESPEDITO vs FALZON MICHAEL ONOR ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPALT, APPALTATUR M`GHANDUX JACCETTA XOGHOL LI MA JKUNX TAL-KOMPETENZA TIEGHU - APPALT, DOVERI TAL-APPALTATUR - KUNTRATTUR, RESPONSABILITA` EX CONTRACTU - PERIT, RESPONSABILITA` EX CONTRACTU - PERIT, RESPONSABILITA` EX CONTRACTU - SUPERVIZJONI
Summary
Id-direzzjoni tax-xoghol hija attribwita lill-perit li:

1. Ghandu d-dmir li jassikura ruhu lighal dak li hija s-solidita' tal-bini, il-kostruzzjoni ssir sewwa u skond is-sengha;

2. Ghandu juza l-abilita u d-diligenza mehtiega biex fl-esekuzzjoni tal-bini xejn ma jsir li jista jikkaguna perikolu jew hsara;

3. Mhux bizzejjed li jsaqsi lill-bennej x'inhu jaghmel u joqghod fuq dak li jghidlu l-bennej; imma ghandu jaccerta ruhu personalment u direttament x'ikun qed isir, u huwaresponsabbli ghad-danni jekk l-ghemil tieghu juri negligenza.

Id-dmirijiet fuq elenkati japplikaw fejn il-perit ikun gie mqabbad biex jidderigi u jissorvelja x-xopghol ta' kostruzzjoni.

Meta bini jiggarraf minhabba difett ta' kostruzzjoni u anki minhabba vizzju tal-pedamenti, il-perithuwa responsabbli. Din ir-regola madanakollu ma tapplikax meta d-difett u l-vizzju, uzata d-diligenza ordinarja normalment adoperata mill-periti, ma kienux tali li setghu jigu osservati u preveduti.L-imsemmija responsabilita` hija bazata fuq il-fondament li l-perit jkollu tort talli minhabba n-nuqqas li jkun osserva u ippreveda id-difett tal-kostruzzjoni u ta' l-art - ghalhekk tali responsabilita` ghandha tieqaf meta jigi konstatat fil-fatt li minkejja l-hsara sofferta, ma jkunux jistghu jiguimputati lill-perit ebda grad ta' negligenza, la b'imperizja u lanqas b'ommissjoni tas-soliti u debiti prekawzjonijiet u diligenzi.

Skond il-ligi l-appaltatur hu obbligat u hu dejjem responsabbli li jaghti lill-appaltant opera soddisfacenti. Fil-fatt huwa l-obbligu ta' l-artefici li jiggarantixxi l-bonta' tax-xoghol tieghu u dina l-garanzija hija implicita. Gie stabbilit li l-appaltant huwa responsabbli anke ghal kolpa lievi.

L-appaltatur ma jistax jistahba wara direzzjoni zbaljata tal-arkitett biex jghatti x-xoghol hazin tieghu.

L-appaltatur huwa dejjem obbligat li jippresta opera sodisfacenti u huwa obbligat li jirrezisti kwalunkwe intromissjoni tal-kommittent u li,ghalhekk ma jistax iressaq bhala ezoneru mir-responsabbilita tieghu l-fatt li huwa mexa fuq dak li kien jixtieq minnu l-kommittenti.

Fir-rigward ta' l-obbligu ta' tisfija sew tal-blat, il-persuna li ghandha l-obbligu li tipprova s-sodezza ta' kull parti ta' l-art fejn ikun ser jitla l-bini, hija tal-bennej. Dan ghandu l-obbligu li jaghmel it-testijiet mehtiega sabiex jipprova s-sodezza ta' l-art. F'kaz ta' bzonn ghandu jirreferi lill-perit li jkun qieghed jidderigi x-xoghol, liema perit ghandu jaccerta ruhu li din il-kostatazzjoni tkun saret kif suppost.

Ir-responsabbilta ta'l-appaltatur u l-perit li kien qieghed jidderigi x-xoghol, m'hijiex necessarjament wahda solidali.

Jekk l-arkitett kellu d-direzzjoni tax-xoghol, filwaqt li x-xoghol kellu jigi ezegwit mill-appaltatur, l-arkitett mhux responsabbli jekk id-difetti huma dovuti unikament ghall-htija tal-appaltatur, ghal xi negligenza da parti tieghu, jew, per ezempju, ghall-imperizja fl-arti tieghu, u ghal xejn mid-direzzjoni tal-arkitett. Jekk id-difetti huma dovuti ghal direzzjoni hazina, allura jirrispondi l-arkitett, purke' ma jkunx hemm ukoll htija tal-appaltatur; ghaliex dan ma ghandux jezegwixxi direzzjoni li jkun jaf li hija hazina u li sejra tipperikola l-istabbilta tal-kostruzzjoni; u lanqas ma ghandu japprofitta minn negligenza tal-arkitett u jittrasgredixxi d-dettami tal-arti edilizja; f'liema kaz, l-appaltatur jirrispondi mal-arkitett, kull wiehed minnhom fil-mizura tal-kolpa rispettiva'.

Billi din hija kwistjoni ta' responsabilita` kontrattwali naxxenti mill-inadempiment ta' obbligazzjoni kontrattwali u mhux minn xi delitt jew kwazi-delitt, ir-responsabilità tal-perit u l-kontrattur hija rateali u mhux solidali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info