Reference: 196/1998/1

Judgement Details


Date
15/06/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
GALEA GIACCHINO SIVE JACK vs FARRUGIA SUOR MANSUETA
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
REGISTRATUR TAL-ARTIJIET, APPELL MINN DECIZJONIJIET QABEL IL-PUBBLIKAZZJONI TAL-ISTESS - REGISTRATUR TAL-ARTIJIET, APPELL MINN DECIZJONIJIET TA` - REGISTRATUR TAL-ARTIJIET, FUNZJONIJIET TA`
Summary
Appell minn decizjoni tar-Registratur tal-Artijiet: una volta si tratta ta' decizjoni kwazi gudizzjarja, mhux impossibbli jew imprevedibbli illi d-decizjoni tal-gudikatur tkun mgharrfa sa minn qabel ma tkun formalment inghatat jew depozitata skond il-ligi. Il-fatt li parti interessata tintavola appell qabel ma jsir l-att formali tal-pubblikazzjoni tad-decizjoni ma jirrendix dak l-appell null u irritu ghax fuori termine. Ikun fuori termine biss jekk appell ikun gie intavolat oltre z-zmien statutorjament stabbilit u cioe' meta tali terminu jkun ghadda u skada u mhux meta lanqas ikun ghadu bedajiddekorri.

Ir-Registru tal-Artijiet huwa wiehed fejn effettivament, jintlaqghu applikazzjonijiet ghal registrazzjoni ta' titolu naxxenti minn atti inter vivos u sentenzi tal-Qorti (Art. 12), causa mortis (Art. 14) u preskrizzjoni. Jigu registrati wkoll ipoteki u privileggi li jolqtu l-proprjeta'.

Meta ssir applikazzjoni, l-applikant ghandu l-obbligu li jissottometti certi pjanti ukopja tad-dokument li fuqu hi bbazata r-registrazzjoni. Immedjatament, ir-Registratur johrog avviz(Art. 18) sabiex kull min jidhirlu illi r-registrazzjoni tolqotlu xi drittijiet minn tieghu, jkun jista' joggezzjona ghat-titolu - 'l hekk imsejha Kawzjoni, regolata b'mod partikolari mill-Parti V tal-istess Kap 296. Dan apparti l-fatt illi r-Registratur jista' sua sponte jirrifjuta li jirregistral-applikazzjoni, anzi huwa pprojbit milli jirregistra f'kaz illi l-proprjeta' li dwarha ssir l-applikazzjoni hija diga' registrata (Art 19(2)). F'dan il-kaz it-tieni registrazzjoni tigi konvertita exlege f'kawzjoni.

Ir-Registratur, li naturalment irid jagixxi in buona fede (Art. 8(1)) ghandu ghalhekk certi poteri kwazi-gudizzjarji sabiex ikun jista' jaqdi d-doveri tieghu fosthom li jista'jaghti gurament jew jiehu dikjarazzjoni bil-gurament skond l-istess Att ghal kull wiehed mill-ghanijiet ta' dan l-Att u jista' wkoll, b'tahrika ffirmata minnu, jitlob l-attendenza ta' dawk il-persunikollha li jidhrulu xierqa dwar ir-registrazzjoni ta' kull titolu. Hu jista' wkoll, b'tahrika bhaldin, jehtieg lil kull persuna li jkollha fil-pussess taghha jew taht il-harsien taghha xi dokumentazzjoni sabiex jispezzjonahom; u jista' jezamina bil-gurament lil kull persuna li tidher quddiemu u ghal dan il-ghan jaghti l-gurament.

Mhux talli r-Registratur jista' u ghandu jisma' u jiddeciedi dwar talbiet konfliggenti, izda hemm ukoll mument fejn ir-Registratur, jekk hekk jidhirlu xieraq,jaghzel illi huwa stess jaghmel kwalifika fl-istess titolu (Art. 24), liema kwalifika jista' jkollhaeffett negattiv fuq l-effettivita' tat-titolu. Naturalment, din l-azzjoni bhal kull azzjoni u decizjoni ohra tar-Registratur tista' tigi sindikata mill-Qorti tal-Appell (Art. 37(1)). Anzi r-Registratur, bhala policy, u dan sabiex jesegwixxi d-dmir tieghu li jagixxi in buona fede, normalment iwaqqaf kull procedura u jew azzjoni li jista' jkollha effett fuq it-titolu jekk ikun inghata bidu ghal xi procedura quddiem il-Qorti u anke sabiex tigi evitata kull possibbilita' illi r-Registratur jiddeciedi mod waqt li l-Qorti tiddeciedi mod iehor.

Johrog car ghalhekk, illi sa mill-mument illissir l-applikazzjoni ghar-registrazzjoni tal-art, ir-Registratur jista' jkun involut kontinwament sabiex jesprimi ruhu dwar diversi aspetti ta' fatt u ta' ligi li jolqtu l-istess titolu. Naturalment,f'dawn id-decizjonijiet jidhol kontinwament mhux biss diskors dwar l-applikabilita' jew le tal-ligidwar ir-Registrazzjoni tal-Artijiet, izda wkoll b'mod partikolari, id-diskors ta' :-

(a) fatti - b'mod konkret ir-Registratur jinhtieglu jestabilixxi l-fatti kollha. Fil-fatt il-ligi taghti kaz ukoll ta' kundizzjonijiet ta' fatt li r-Registratur mhux facli jkun konxju taghhom, u dawn telenkahom bhala "interessi li jipprevalu" (Art. 43) fis-sens illi jekk verament ma tkunx sarat relazzjonidwarhom u gie definittivament pruvat li dak id-dritt "li jipprevali" ma jezistux fil-fatt" (provisotal-Art. 43 (1)), allura dawn l-istati ta' fatt ikollhom effett daqs li kieku jemanu mic-certifikatta' titolu (ez. Art. 43 (1) (d)). Dan jindika li r-Registratur huwa msejjah jistabbilixxi u jiddeciedi dwar il-fatti, ghax fatti li mhux facli jkun konxju taghhom gew stabbiliti mil-ligi bhala "interessi li jipprevali".

(b) ligi - biex persuna tigi registrata bhala "sid", trid tkun sid ta'dik il-proprjeta' skond il-ligijiet Maltin. Dan jindika li, bhala minimu, kemm il-persuna li qed takkwista u kemm dik li qed "titrasferixxi", jrid ikollhom il-kapacita' skond ir-regoli normali tal-ligijiet ta' Malta. L-istess jinghad ghall-forma tat-trasferiment. Ghalhekk biex wiehed jigi registrat bhala "sid" (jigifieri biex tapplika ghar-registrazzjoni sabiex mal-mument tar-registrazzjoni tigi debitament registrat b'effett ghal terzi) ir-Registratur ma jistax fid-day to day running, ma jezaminax il-kwistjoni, fost hwejjeg ohra, jekk il-partijiet u/jew testaturi ghandhomx il-kapacitajiet kollha rikjesti mil-ligi Maltija, b'mod partikolari l-Kodici Civili.

Difatti tista' tiltaqa' ma' kaz illi jsir att pubbliku, li jigi "debitament" insinwat fir-Registru Pubbliku fejn id-Direttrutar-Registru Pubbliku m'ghandux poter jidhol fi kwistjonijiet ta' din in-natura, liema kuntratt ikunqieghed jesegwixxi provediment testamentarju li ma jkunx korrett skond il-lex situs tal-fond. U kien anke minhabba dan il-fatt u l-possibbilita' ta' kunflitt dwar insinwazzjoni fir-Registru Pubblikuu registrazzjoni fir-Registru tal-Artijiet illi l-legislatur llegisla illi huwa dak biss li jsir fir-Registru tal-Artijiet illi jghidd meta l-proprjeta' tkun registrabbli (Art. 11).

Ezempju ta' din il-problema huwa l-ezempju li konjugi, wara li jmut, ihalli eredi lill-martu bl-eskluzjoni tal-ulied, kontra l-provvedimenti tal-Kodici Civili (Kap. 16) li jirregolaw is-successjoni invista tal-fatt illi l-proprjeta' tkun sitwata f'Malta, ghalkemm skond il-ligi tad-domicilju, t-testment in ezami jkun korrett skond il-ligi ta' fejn sar u fejn is-"sidien" ikunu marru jghixu (ez. l-Awstrjalja).

Dan il-fatt jista' jigi sollevat jew minn min ikun interessat jew addirittura mir-Registratur jekk hekk jirrizultalu minn dokumenti, provi jew xhieda ohra. F'dawn il-kazijiet, ir-Registraturjista' jikkwalifika t-titolu, jista' possibbilment jirregistra l-proprjeta' f'isem l-eredita' jew jista' anke jkun hemm kaz illi proprjeta' tigi "registrata" f'isem "sidien mhux maghrufa" taht l-Art.16A. Dan ikollu jkompli juri l-poteri vasti li gew moghtija lir-Registratur fil-qadi tal-funzjonijiet tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info