Referenza: 35/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/12/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
ZAMMIT TABONA CHARLES ET vs WALKER ALFRIDA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - FOND GHAL UZU KUMMERCJALI - LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - GRAD TA` PROVA MEHTIEG - LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - HANUT LI JINTUZA BHALA MAHZEN - LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - MAHZEN - LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - ONERU TAL-PROVA - LOKAZZJONI, NON USO FIL-KAZ TA` HANUT - LOKAZZJONI, NON USO FIL-KAZ TA` HANUT - TNAQQIS TA` ATTIVITA` KUMMERCJALI - LOKAZZJONI, NON USO FIL-KAZ TA` MAHZEN - LOKAZZJONI, PROTEZZJONI TA` KIRJA TA` MAHZEN TAHT IL-KAP. 69
Fil-Qosor
In-"non uzu" u l-"uzu divers" huma zewg kuncetti kontraddistinti minn xulxin, anke jekk jigi koncessilli xi kultant intqal ukoll li dawn jikkavallaw wahda fuq l-ohra. Dan fis-sens illi "non-uzu" gieekwiparat ghall-"uzu divers".

Fil-kaz tan-"non uzu" ghandek is-sitwazzjoni fejn il-fond mikri jinzamm, bla ebda gustifikazzjoni, maghluq u inutilizzat ghall-perijodu apprezzabbli ta' zmien jew, jekk isir xi uzu minnu, dan isir sporadikament u ghal perijodi qosra.

Invece fil-kaz ta' "uzu divers" il-kerrej ikun znatura d-destinazzjoni li kien isir qabel mill-fond u b'hekk abbuza mill-godiment tieghu. Ad exemplum, minn garage ghal karozza jaghmlu store.

Fis-sens tad-definizzjoni tal-ligi "store" huwa wkoll hanut kif hekk imfisser fl-artikolu 2 tal-Kap 69. Naturalment fil-parlata komuni n-nies ma jinterpretawx u ma jekwiparawx il-kelma "store" ma' hanut.

Ma hemmx ghalfejn jigi wisq sottolinejat illi l-prova tal-bdil ta' destinazzjoni, allegatament maghmula mill-inkwilin (inkluz allura t-tibdil li jirrizulta minn non uso), trid issir mis-sidien ghax kienu huma li kienu qeghdin jallegawha. Din il-prova necessarjament timponi, (1) il-kostatazzjoni certa illi l-fond inkera ghal certa determinata destinazzjoni (f'dan il-kaz l-unika certezza kienet id-destinazzjoni kummercjali tal-fond), (2) illi l-inkwilin, fil-kors tal-kirja, biddel dik id-destinazzjoni billi beda juza l-fond ghal skop divers minn dak li ghalih kien miftiehem li kellu jintuza, dana fil-parti principali tieghu u (3) li, jekk dan sehh, dan ma kienx gara bl-akkwiexxenza u l-kunsens espressjew tacitu tas-sidien.

Biex jissussisti n-non uso ir-rikorrent jehtieglu jipprova wkoll illil-inkwilin ma kienx qed jaghmel l-ebda attivita` tax-xorta kummercjali mill-fond, u dan ghal zmien twil. B'hekk setghet tigi legittimata t-talba tieghu li kien hemm abbandun mill-inkwilin.

Hawnhekk il-fond lokat ma baqax stabbiliment tal-hjata u sar mahzen. Mahzen pero` protett mil-ligi bhala hanut billi gie provat ukoll illi fih ma jintrefghux biss affarijiet huma x'inhuma izda jinhaznu"wares" jew "goods" (merkanzija) konnessi man-negozju. Dan hu, kif ravvizat mill-Bord, "uzu divers"izda mhux ukoll "non-uzu". Ma hemmx ghalfejn jinghad ukoll illi fond kummercjali mhux necessarjament jimplika illi l-post kellu joffri servizz dirett lill-klijenti gjaladarba "store" hu ukoll kummercjali jekk ikun attinenti ghan-negozju. Dan allavolja ma jinfetahx ta' kuljum jew biex iservi direttament lill-klijentela.

Mill-provi akkwiziti l-Qorti tifhem ukoll illi l-Bord kien impressjonat, mhux bla raguni, mill-fatt illi l-fond beda jintuza ghal skopijiet ohra, ukoll konnessi man-negozju, minn dak tad-destinazzjoni primarja u allavolja bla kunsens tal-lokaturi, pero`, bl-akkwiexxenza taghhom. Dan l-atteggjament tal-Bord hu konformi mal-hsieb gurisprudenzjali li jafferma illi "jekk is-sid kien jaf li l-inkwilin qieghed juza l-fond bhala hanut (qabel kien dar ta' residenza), u mapprotestax, jew ma sabx oggezzjoni ghal dan l-uzu, jigi li ta l-kunsens tieghu tacitament ghal dakl-uzu, u ma jistghax jallega kontra l-inkwilin uzu divers minn dak li ghalih il-fond originarjamentkien mikri".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni