Reference: 1079/1999/1

Judgement Details


Date
15/12/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
ZAMMIT IVOR NOE vs AGIUS CHRISTOPHER ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, HSARAT F` FOND ADJACENTI - DANNI, RESPONSABILITA` TA` SID TA` FOND GHAL HSARAT F`FOND ADJACENTI - KAZ FORTUWITU, ELEMENTI TA` - KAZ FORTUWITU, EVITABILITA` TA` - KAZ FORTUWITU, PREVEDIBILITA` TA`
Summary
Il-kuncett tal-kaz fortuwitu jew forza magguri ma jsehhx meta ghall-hsara jkun ikkontribwixxa l-fatt, positiv jew negativ, tal-bniedem. Skond il-principji tad-dritt, biex ikun hemm il-kaz fortuwitu mhux bizzejjed li jkun hemm avveniment insolitu, sproporzjonat u li jkun prodott mill-forza tan-natura, imma jehtieg li jkun inevitabbili b'mod li ma jistax jigi evitat bil-diligenza ordinarja tal-"bonus pater familias".

Din kienet azzjoni ghad-danni wara nar li qabad f'garaxx di proprjeta` tal-konvenut.

Fil-kaz in ezami l-Qorti irravvizat negligenza kontributorja da parti tal-konvenut li fil-fatt stiva fil-garage kwantita' kbira ta' materjal u oggetti, fosthom materjal kombustibbli, b'mod tali li rrenda difficili li jigi kontrollat in-nar. Kien prevedibbili ghall konvenut li jigri dak li gara, meta hu kien qed jiggaraxxja l-karozza mhux go garaxx normali imma go sotterran fejnhemm ufficju u bini fuqu u materjal kombusttibili. Minflok ha l-prekawzjonijiet tal-bonus pater familias (e.g. billi jzomm fire extinguisher) hu agixxa b'mod li agevola t-tixrid tan-nar.

Il-htija tal-konvenut hija ghalhekk mhiex li hu kkawza n-nar, izda li kolpozament u negligentement holoqsitwazzjoni li kkontribwiet sewwa biex in-nar facilment inxtered u difficilment setgha jinzamm milli jinxtered b'mod li estenda ghal fondi sovrastanti fejn ikkaguna d-danni li l-atturi qed jirreklamaw.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info