Reference: 400/1990/3

Judgement Details


Date
16/12/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
CREMONA BARBARO MARKIZA BEATRICE NOE vs VELLA GALEA JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, FUORI TERMINE - APPELL MINN SENTENZA PARZJALI
Summary
Ma hemmx dubbju li l-iskop tal-legislatur meta ssostitwixxa, fl-1995 bl-Att XXIV ta' dik is-sena, l-Artikolu 231 tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili kif kien precedentement bl-artikolukif inhu llum, kien li jillimita l-ispezzettar tal-kawzi b'appelli interposti minn kull wahda mis-sentenzi in parte li tista' maz-zmien tinghata, bil-konsegwenti dewmien sa ma l-kawza kollha kemm hi tigi determinata, ghall-anqas fl-ewwel grad. In fatti, kif kien dana l-artikolu qabel ma gie sostitwit bl-Artikolu 114 tal-imsemmi Att, kien hemm il-possibilita` fid-diskrezzjoni assoluta tal-parti sokkombenti li jew tappella minn wahda jew aktar mid-diversi sentenzi "wara li tinghata l-ahhar sentenza" jew li tappella minn kull sentenza separatament hekk kif din tinghata. Bid-disposizzjoni l-gdidal-legislatur ma nehhiex ghal kollox id-dritt tal-parti sokkombenti milli tappella minn sentenza in parte, izda ghamilha kundizzjonata ghall-otteniment tal-permess tal-Qorti li tkun ippronunzjat dik is-sentenza in parte. Ghalhekk, fil-fehma tal-Qorti, kull interpretazzjoni li talvolta tista' tkun mehtiega fir-rigward ta' l-Artikolu 231 ghandha tkun wahda restrittiva, u cioe` li tirrispekkja l-intenzjoni tal-legislatur li jargina z-zminijiet fl-interess tal-ispeditezza tal-kawzi.

Issa, il-legislatur naqas milli jispecifika fl-Artikolu 231 sia t-terminu ghall-appell u sia minn meta t-terminu talvolta applikabbli ghandu jibda jiddekorri fil-kaz ta' sentenza in parte. Filwaqt li fil-kaz ta' appell minn digrieti il-legislatur kien specifiku sia dwar it-terminu kif ukoll dwar minn meta jibda jiddekorri - ara s-suabrtikoli (6) u (10) tal-Artikolu 229 - il-legislatur baqa' sieket fir-rigward ta' sentenzi in parte. Ghalhekk, tapplika d-disposizzjoni tal-Artkolu 226(1) tal-Kap. 12, li hijadisposizzjoni li ma tiddistingwix bejn sentenza finali jew sentenza in parte. Din tipprovdi li "L-appell isir b'rikors li jigi presentat fir-registru tal-Qorti ta' l-Appell fi zmien ghoxrin jum mid-data tas-sentenza".

Tenut kont tal-intenzjoni tal-legislatur li jargina z-zminijiet kif aktar'l fuq imfisser kif ukoll tal-kliem car tal-ligi, ma tistax u m'ghandhiex tinterpreta l-kliem "mid-data tas-sentenza" bhala li jfissru, fil-kaz ta' sentenza in parte, "mid-data li fiha jinghata l-permess". Kieku kellha taghmel hekk, tkun qed tiftah il-bieb ghall-possibilita` ta' abbuz da parti ta' min ikun irid itawwal iz-zminijiet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info