Reference: 1921/1995/1

Judgement Details


Date
16/12/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
SUNSPOT TOURS LIMITED vs C.H. CATERERS LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
ECCEZZJONIJIET, DILATORJI - ECCEZZJONIJIET, META TISTA` TITRESSAQ NOTA TAL-ECCEZZJONIJIET ULTERJURI - ECCEZZJONIJIET, PERENTORJI - ECCEZZJONIJIET, SA META JISTGHU JIGU SOLLEVATI ECCEZZJONIJIET TA` NATURA PERENTORJA
Summary
Ir-regola generali hija li l-eccezzjonijiet kollha sew dilatorji kif ukoll dawk dwar il-meritu ghandhom jinghataw fin-nota tal-eccezzjonijiet jew fir-risposta skond il-kaz. Ghal din ir-regola hemm zewg eccezzjonijiet:-

1. Id-dritt tal-parti li tressaq eccezzjonijiet ohra jekk tissodisfa l-Qorti li kien hemm ragunijiet validi l-ghaliex ma jkunux inghataw fin-nota tal-eccezzjonijiet jew fir-risposta; u

2. Id-dritt tal-parti li tressaq dawk l-eccezzjonijiet li jistghu b'disposizzjoniespressa tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili jinghataw f'kull waqt tal-procedimenti, jew ghall-eccezzjonijiet li jinqalghu waqt il-kawza. Fost dawn hemm l-hekk imsejha eccezzjonijiet perentorji li ghandhom l-effett li jwaqfu l-proceduri.

L-Artikolu 731 li jitkellem dwar dawk l-eccezzjonijiet li, b'disposizzjoni espressa tal-ligi, jistghu jinghataw f'kull waqt tal-procedimenti, jiddisponi espressament li f'dawn il-kazi l-provvediment ta' l-Artikolu 728 ma jghoddux. Dan jfisser li meta, waqt is-smiegh tal-kawza, tinqala l-htiega li tinghata eccezzjoni perentorja jew kull eccezzjoni ohra li, b'disposizzjoni espressa tal-Kap 12 tal-Ligijiet ta' Malta, tista` tinghata f'kullwaqt tal-procedimenti, inkluzi dawk l-eccezzjonijiet li jinqalghu waqt il-kawza, ma jkunx mehtiex li ssir talba lill-Qorti kif kontemplat fis-subinciz (2) ta' l-Artikolu 728 u konsegwentement hija eskluza kull diskrezzjoni ta' dik il-Qorti li tezamina jekk kienx hemm raguni valida l-ghaliex tali eccezzjoni ma tkunx inghatat fin-nota tal-eccezzjonijiet jew fir-risposta. Dan ghaliex l-eccezzjonijiet perentorji ghandhom l-effett li jwaqfu l-proceduri, u l-eccezzjonijiet li jinqalghu waqt il-kawzaqatt ma' setghu jitressqu fi stadju tal-prezentata tan-nota tal-eccezzjonijiet. L-indagini tal-Qortif'dawn il-kazi ghandha tkun limitata biex tistabilixxi jekk verament tali eccezzjonijiet humiex ta'natura perentorja jew jekk il-htiega taghhom inqalatx waqt il-proceduri. Tista` se mai, fil-kaz ta'eccezzjonijiet perentorji li jinghataw fil-mori tal-proceduri, tordna temperament fil-kap ta' l-ispejjez kemm-il darba jirrizulta li l-ostakolu ghal dawk il-proceduri kien pre-ezistenti l-prezentatatal-eccezzjonijiet jew ir-risposta.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info