Reference: 916/1996/1

Judgement Details


Date
20/11/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
ZAMMIT GERALD DENTISTA vs BORG ALFRED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
INTERESS GURIDIKU, BINI MHUX SKOND IL-PERMESS - INTERESS GURIDIKU, KONTESTAZZJONI TA` PERMESS JEW LICENZJA KONCESSI LIL TERZ - SERVITU`, GHAL UTILITA` PRIVATA - SERVITU`, GHAL UTILITA` PUBBLIKA - SERVITU`, LIGIJIET SPECJALI U REGOLAMENTI TAL-BINI
Summary
Ir-regolamenti tal-bini u l-permessi li jinhargu tahthom joholqu zewg relazzjonijiet: (a) wahda amministrativa bejn l-awtorità u dak li lilu jinhareg il-permess tal-bini, u f'din ir-relazzjoni terzima jistghux jindahlu; u - fil-kaz biss illi mir-regolamenti johorgu servitujiet legali fuq fond servjenti favur fond dominanti - (b) relazzjoni civili tan-natura ta' servitù bejn il-girien, sidien privati.

Minn dan isegwi li l-permess, li hu espressjoni tar-relazzjoni li sejjahnielha amministrativa, ma jinteressax lit-terzi, ghax la jzid u lanqas inaqqas id-drittijiet taghhom. Ukoll jekkbini jsir skond il-permess, ma jfissirx b'hekk li jista' jirfes drittijiet ta' terzi, fosthom servitujiet.

Li wiehed ikun irid jara huwa jekk il-permess mahrug favur il-konvenut johloqx servitu` favur il-fond ta' l-attur; ikun biss jekk inholoq dak is-servitù illi wiehed ikun jista' jara jekk, mhux semplicement jekk tharsux il-kondizzjonijiet tal-permess - ghax dik hija haga li tinteressamhux lill-attur izda lill-awtorità pubblika li harget il-permess -, izda jekk, ghax ma tharsux il-kondizzjonijiet tal-permess, kienx hemm ksur tal-jedd ta' servitu` favur l-attur.

F'dan il-kazl-awtorita` kompetenti bidlet il-kondizzjonijiet fil-permess tal-konvenut biex ghamlithom differentiminn dawk relativi ghall-bini l-iehor fl-istess triq. Din hija haga li l-awtorità kompetenti setghet taghmilha, u l-Qorti irriteniet li r-rimedju ta' l-attur jekk hass ruhu aggravat b'dak il-bdil makienx din l-azzjoni izda rimedju taht il-ligi li tirregola l-hrug tal-permessi, specifikament l-Attta' l-1992 dwar l-Ippjanar ta' l-Izvilupp Kap. 356.

Jekk l-awtorità mwaqqfa bil-ligi approvat il-pjanta mressqa mill-konvenut, huwa ghal kollox irrelevanti jekk setghetx saret pjanta ohra li toghgob lill-attur. Id-dmir tal-konvenut, bhal ta' kull min irid jibni, huwa li jibni skond il-pjanti u l-kondizzjonijiet approvati mill-awtorità, u mhux bilfors approvati wkoll mill-gar.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info