Referenza: 583/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/11/2003
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
CUSCHIERI NOEL
Partijiet
FLERI SOLER ANNA ET vs DIRETTUR GHALL-AKKOMODAZZJONI SOCJALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DISKRIMINAZZJONI AI TERMINI TAL-KONVENZJONI EWROPEJA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT GHAT TGAWDIJA PACIFIKA TA` POSSEDIMENTI - ORDNI TA` REKWIZIZZJONI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ELEMENTI TAD-DRITT GHAT TGAWDIJA PACIFIKA TA` POSSEDIMENTI TAHT IL-KONVENZJONI EWROPEJA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ELEMENTI TA` DISKRIMINAZZJONI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ORDNI TA` REKWIZIZZJONI - MA JAMMONTAX GHAL ATT INSTANTANEJU - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, PROPORZJONALITA` RIKJESTA AI TERMINI TAL-KONVENZJONI EWROPEJA FL-IMPOSIZZJONI TA` KONTROLLI FUQ L-UZU TA` PROPRJETA`
Fil-Qosor
Ghalkemm l-Att XIV tas-sena 1992 "ppromulga mill-gdid" l-Att dwar id-Djar, l-Artikolu 3 ta' dak l-att zamm fis-sehh l-Artikolu 10 ta' l-Att XXXVII 1989 li minn naha tieghu kien zamm fis-sehh id-disposizzjonijiet ta' l-Att principali [l-Att dwar id-Djar] "kif fis-sehh qabel il-bidu fis-sehh ta' dan l-Att" u stipula li jibqghu fis-sehh ghar-rigward ta' kull ordni ta' rekwizizzjoni li kienet nhargetprecedentement. Minn dan jirrizulta li, nonostante li l-Att principali 'ut sic' kien gie promulgatmill-gdid, l-ordnijiet ta' rekwizizzjoni qatt ma tilfu s-substraturm legali taghhom kif qedin isostnu r-rikorrenti, izda inzammu fis-sehh in forza tal-Artikolu 10 tal-Att XXXIV/1989, l-Artikolu 3 tal-Att XIV1992 u l-proviso tal-Artikolu 2 u l-artikolu 3 tal-Att 111/1995. Ghaldaqstant mhux legalmentkorrett li jinghad li bis-sahha tal-Att tas-sena 1992 saret vjolazzjoni gdida, stante li l-mizura qatt ma tilfet il-basi legali taghha kif fuq spjegat.

Ordni ta' rekwizizjjoni ma jistax validament jinghad li jikkwalifika bhala att istantaneu li sab il-bidu fil-hrug u t-tmien fil-implementazzjoni tieghu; u dan ghaliex tali mizura ma tikkostitwix privazzjoni ta' possedimenti, izda hija misura li tohloq sitwazzjoni kontinwa ta' interferenza fit tgawdija pacifika tal-istess.

L-Artikolu 1 tal-Ewwel Protocol tal-Kap.319 jaqra testwalment hekk: "Kull persuna naturali jew persuna morali ghandha dritt ghat-tgawdija pacifika tal-possedimenti taghha. Hadd ma ghandu jigi pprivat mill-possedimenti tieghu hlief fl-interess pubbliku u bla hsara tal-kondizzjonijiet provduti bil-ligi u bil-principji generali tal-ligi internazzjonali. Izda d-disposizzjonijiet ta qabel ma ghandhom b' edba mod inaqqsu d-dritt ta' Stat li jwettaq dawk il-ligijiet li jidhrulu xierqa biex jikkontrolla l-uzu ta' proprjeta' skond l-interessi generali jew biex jizgura l-hlas ta' taxxi jew kontribuzzjnijietohra jew pieni."

Dan l-artikolu tal-ligi huwa identiku bhal dak li jesisti fil-Konvenzjoni Ewropea, u li skond il-Qorti Ewropea fil-fatt jenuncja tlett principji: Id-dritt ta' kull persuna, naturali jew morali, ghat-tgawdija pacifika tal-possedimenti taghha; id-dritt li hadd ma jigi pprivatmill-possedimenti tieghu hlief fl-interess pubbliku, u bla hsara tal-kundizzjonijiet provdui bil-ligi u bil-principji generali tal-ligi internazzjonali; u d-dritt tal-Istat li b' ligijiet xierqa jikkontrolla l-uzu ta' proprjeta' skond l-interess generali.

Interferenza f'forma ta' ordni ta' rekwizizzjoni fuq il-fond de quo ma tistax titqies bhala privazzjoni ta' proprjeta'ai termini tal-imsemmi Artikolu, u dan ghar-raguni li r-rikorrenti ma gewx svestiti mid-dritt taghhom ta' proprjetarji. Di fatti, skond l-Att dwar id-Djar il-posizzjoni guridika taghhom, hija ta' propretarji kerrej fil-konfront tal-inkwilin okkupant, bil-konsegwenzi legali li tali posizzjoni ggib maghha, fosthom dikli jippercepixxu l-kera li f' dan il-kaz hija ta' Lm345.53 kif fuq indikat.

Il-fatt li l-proprjeta' tista' tinzamm mill-Gvern ghall-perijodu indefenittiv, sakemm il-misura ma tigix unilateralment terminata minnu, ma jimmilitax kontra din il-konkluzjoni, stante, apparti mill-konsiderazzjonijiet ta' interess generali u proporzjonalita', jibqa' il-fatt li r-rikorrenti ghall-finijiet u effettital-ligi ghadhom propretarji u qedin jircevu kera minghand l-Gvern tal-uzu ta' din il-proprjeta' daparti tieghu. Fi kliem iehor ma sar ebda trasferiment tad-dritt ta' proprjeta' u l-interferenza fl-uzu qed tigi kompensata f' kera annwa.

L-Istat ghandu d-dritt li jghamel ligijiet sabiex jikkontrolla l-uzu tal-proprjeta', liema dritt huwa soggett in sostanza ghall-interess generali. Deposizjoni din li hija skolpita f' termini wiesa' u li taghti skop ampju u diskrezzjoni wiesa' lill-Istatf' dan ir-rigward.

Izda l-Qorti Ewropea llimitat din id-diskrezzjoni wiesa' billi sostnietli anke din ir-regola ghandha tigi interpretata fid-dawl tal-principju generali tal- 'fair balance'li ghandu japplika ghat-tlett regoli kontenuti fl-Artikolu in disamina. Ghalkemm mid-dicitura tal-Artikolu jidher li l-interess generali huwa l-uniku ingredjent essenzjali ghall-fini tal-legalita' tal-interferenza esekuttiva, il-Qorti Ewropea, issoggettat din ir-regola ghall-principju generali tal-proporzjonalita'.

Fil-kaz in disamina, kellha tirrizulta manifesta l-esigenza socjali li jiguprotetti l-okkupanti tal-fond, b'mod partikolari dawk residenzjali, ghandu jirrizulta manifest ukollli il-Gvern Malta f' materja ta' housing ghandhu jkollu margini wiesa' ta' kontroll in vista wkolltac-cokon tal-pajjiz, u ghandu jirrizulta manifest wkoll li l-okkupazzjoni ta' fond minn Dipartimenttal-Gvern jidhol fit-termini tal-kuncett ta' interess pubbliku, u izjed u izjed f'dak ta' interessgenerali.

L-Artikolu 14, tal-Kap.319 jiddisponi li "It-tgawdija tad-drittijiet u libertajietkontemplati f'din il-Konvenzjoni ghandha tigi assigurata minghajr diskriminazzjoni ghal kull ragunibhal ma huma s-sess, kulur, lingwa, religjon, opinjoni politika jew opinjoni ohra, origini nazzjonali jew socjali, assocjazzjoni ma minoranza nazzjonali, proprjeta', twelid jew status iehor."

Illi in tema legali jigi osservat, li, ghalkemm it-termini ta' dan l-Artikolu huma wiesa' konsideratukoll il-fatt li l-ezempji specifikati mill-ligi mhumiex esawrienti, kif il-kliem "bhal ma huma" jindikaw b' mod car, mhux kull trattament differenti jammonta ghall-diskriminazzjoni llegali. Fil-Belgian Linguistic case, il-Qorti Ewropea qalet: ".. the principle of equality of treatment is violatedif the distinction has no reasonable and objective justification...Article 14 is likewise violatedwhen it is clearly established that there is no relationship of proportionality between the means employed and the aim sought to be realised."

Minn dan johrog li jekk il-misura koncernata tissodisfa dawn iz-zewg rekwiziti, dak ta' skop legittimu u proporzjonalita', allura ma tistax tigi mequsa li tivvjola l-Artikolu 14. Illi dwar l-element ta "reasonable and objective justification" il-Qorti fl-istess kaz kompliet tamplifika hekk: "The existence of such a jusitification must be assessed in relation to the aim and effects of the measure under consideration, regard being had to the principles which normally prevail in democratic societies".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni