Reference: 221/1997/1

Judgement Details


Date
24/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
CARACHI GEOFFREY vs FENECH SAVIOUR
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
KONTUMACJA, AFFISSJONI F`FOND FEJN IL-KONVENUT MA JKUNX JIRRISJEDI AKTAR - KONTUMACJA, GUSTIFIKAZZJONI GHAL - KONTUMACJA, PRINCIPJI REGOLATURI - KONTUMACJA, RATIO TAL-ISTITUT
Summary
L-istitut tal-kontumacja huwa msejjes fuq il-presuppost li l-imharrek, bin-nuqqas tieghu li jwiegebghax-xilja u t-talba tal-parti attrici, ikun wera dispett lejn is-sejha tal-Qorti biex jidher quddiemha, liema dispett il-ligi thares lejh bhala ghamil li jisthoqqlu piena - dik li ma jkunx jista' jindahal fit-tressiq ta' provi - bhala element ta' dizordni socjali.

Minhabba s-sanzjonijiet spiss irreversibbli li timporta pero`, ir-rigorozita` tal-procedura ghandha tigi applikata u nterpretata b'mod ristrettiv.

Il-kontumacja ma tistax tigi ritenuta gustifikata jekk kienet volontarja;

Anqas tista' tigi gustifikata jekk kienet almenu kolpuza;

Biex ikun hemm lok ghall-gustifikazzjoni hemm bzonn li tigi ppruvata kawza gusta;

Dina l-kawza gusta ghanda tkun tikkonsisti f'impediment legittimu;

L-impediment, biex ikun legittimu, ghandu jkun indipendenti mill-volonta` tal-kontumaci;

L-izball mhux impediment legittimu jekk ma jkunx zball invincibblighaliex jekk ikun vincibbli, allura jigi ekwiparat ghall-kolpa;

Dan l-impediment legittimu jista' jkun, kif intqal una necessita` impellente di chiamata ad altri doveri imprescindibili;

L-impossibilita` li wiehed jidher ghas-subizzjoni jew almenu d-diffikulta` gravi, biex tista' tikkostitwixxi impediment legittimu ghandha tkun fizika u eccezzjonalment biss tista' tkun morali.

Fejn il-Qorti tkun sodisfatta li ma kien hemm l-ebda nuqqas da parti tal-persuna notifikanda li jista' jammonta ghall-culpa - kif hu fil-kaz prezenti - anki ghax ma jistax ikun hemm culpa fejn ma kienx hemm il-konoxxenza tan-notifika tal-att bhala fatt, ma ghandu jkun hemm l-ebda ostakolu li l-kontumacja titqies li giet gustifikata.

Hawnhekk il-konvenut gie ammess sabiex jiddefendi l-kawzaminkejja l-kontumacja tieghu peress illi l-affissjoni tac-citazzjoni kienet saret f'fond fejn hu makienx ghadu jirrisjedi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info