Referenza: 1974/1995/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/10/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
BUSIETTA ADRIAN PRO ET NOE vs GATT PHILIP O PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BEJGH, META X-XERREJ MA JMURX BIEX JIRCEVI HAGA MOBBLI QABEL L-GHELUQ TAZ-ZMIEN MIFTIEHEM GHALL-KUNSINNA - BEJGH, META X-XERREJ MA JOFFRIX IL-HLAS TAL-PREZZ MAL-KUNSINNA TA` HAGA MOBBLI - KUNTRATT, EZEKUZZJONI TA` - ELECTA UNA VIA NON DATUR RECURSUS AD ALTERAM - KUNTRATT, INADEMPJENZA KONTRATTWALI - KUNTRATT, INADEMPJENZA PARZJALI - KUNTRATT, KONDIZZJONI RIZOLUTTIVA ESPRESSA - KUNTRATT, KONDIZZJONI RIZOLUTTIVA TACITA - KUNTRATT, KONDIZZJONI RIZOLUTTIVA TACITA - OBBLIGAZZJONI KUMMERCJALI - KUNTRATT, RIMEDJI DISPONIBBLI F`KAZ TA` INADEMPJENZA
Fil-Qosor
Huwa generalment ammess li meta parti tagixxi ghall-ezekuzzjoni tal-kuntratt, dan fih innifsu ma jimpedihiex milli 'il quddiem tippromuovi azzjoni ta' rizoluzzjoni, dment li l-pozizzjoni tal-partijietma tigix hekk pregudikata.

Il-Kodici Civili permezz ta' l-artikolu 1068 jitkellem car metajghid illi:-

"Il-kondizzjoni rizoluttiva tinghad dejjem bhala li giet maghmula fil-kuntrattibilaterali, fil-kaz li wahda mill-partijiet tonqos ghall-obbligazzjoni taghha:

"Izda f'dak il-kaz, il-kuntratt ma jinhallx ipso iure, u l-Qorti tista', skond ic-cirkostanzi, taghti zmien xieraqlill-konvenut, bla hsara ta' kull dispozizzjoni ohra tal-ligi dwar il-kuntratt tal-bejgh".

Mela allura l-patt kommissorju huwa bhala massima implicitu dejjem, fil-kuntratti bilaterali, ghall-kaz li xi wahda mill-partijiet ma tissodisfax l-obbligazzjonijiet taghha u dan hlief ghal negozji espressament citati mill-ligi. Inghad ukoll illi "meta r-rizoluzzjoni ma tigix espressament pattwita l-Qorti tista` taghti zmien xieraq biex il-parti tadempixxi l-obbligazzjoni taghha".

Fil-kaz ta' kundizzjoni rizoluttiva espressa, il-Qorti ma taghtix zmien lill-parti inadempjenti biex tispurgan-nuqqas taghha. Fejn invece il-kundizzjoni rizoluttiva m'hijiex espressa imma wahda tacita f'dan il-kaz il-kuntratt ma jinhallx ipso iure".

L-artikolu 117 tal-Kodici tal-Kummerc li jghid illi:-

"Fil-kuntratti kummercjali, il-kondizzjoni rizoluttiva tacita msemmija fl-artikolu 1068 tal-Kodici Civili tholl il-kuntratt ipso jure, u l-qorti ma tistax taghti zmien lill-konvenut sabiexjigi mehlus mill-mora:

Izda dan l-artikolu ma japplikax ghal-kuntratti ta' kiri ta' proprjeta` immobbli jew ghall-kuntratti ta' enfitewsi jew ghall-kuntratti li l-hall taghhom, fil-kaz ta' nuqqas ta' wahda mill-partijiet milli thares l-obbligi taghha, jkun regolat b'ligi b'mod specjali".

Mill-artikolu 117 kif emendat illum jirrizulta li l-effetti tal-istess artikolu ma japplikawx ghall-kuntratti hemm imsemmija bhala kuntratti ta' kiri ta' proprjeta' immobbli jew ghall-kuntratti ta'enfitewsi jew "ghall-kuntratti li l-hall taghhom, fil-kaz ta' nuqqas ta' wahda mill-partijiet li thares l-obbligi taghha, jkun regolat b'ligi mod specjali". Hlief ghal dawn l-eccezzjonijiet imsemmijafil-ligi (kemm civili u kemm kummercjali) l-artikolu in ezami huwa car u ma ghandux ikun hemm derogi minnu hlief fil-kazi ndikati mill-ligi.

L-artikolu 1438 tal-Kodici Civili jghid illi:-

"(1) Il-bejjiegh ta' immobbli ma jistax jitlob il-hall tal-bejgh minhabba li ma jkunx gie lilu mhallas il-prezz".

(2) Izda, meta l-bjegh hu ta' merkanzija jew ta' hwejjeg mobbli ohra, il-hall tal-bejgh, ghalkemm il-kondizzjoni rizoluttiva ma tkunx giet miftiehma espressament, isir ipso iure fl-interess tal-bejjiegh, jekk ix-xerrej, qabel l-gheluq taz-zmien miftiehem ghall-kunsinna tal-haga, ma jmurx biex jirceviha, inkella, ghad li jmur biex jirceviha, ma joffrix fl-istess hin il-hlastal-prezz, kemm-il darba ma jkunx gie miftiehem zmien ghall-hlas".

Minn dan kollu jirrizultali l-bejjieh ghandu diversi xelti x'jaghzel meta x-xerrej ma jonorax l-obbligi tieghu ghall-hlas tal-prezz, izda dawn ir-rimedji huwa oltre dawk moghtija fil-ligi taht il-principji generali tal-ligi li jirregolaw il-patt kummissarju tacitu fil-kamp civili, u allura r-riferenza li ssir fl-artikolu 1068 ghar-regoli ta' kuntratt ta' bejgh hija biss sabiex tindika li minkejja r-regoli generali fil-kazkontemplat fl-artikolu 1438 il-pactum tacitum japplika ipso iure u mhux ufficio judicis.

L-inadempiment parzjali ta' l-obbligazzjoni tal-hlas tal-prezz hija sufficjenti sabiex tigi gustifikatar-rizoluzzjoni tal-bejgh. Fil-kuntratti sinallagmatici l-inezekuzzjoni anki parzjali ta' l-obbligazzjonijiet ta' wiehed mill-kontraenti taghti lill-kontro-parti l-azzjoni rizoluttiva. Ghaliex min ikun naqas milli jwettaq parti mill-obbligazzjoni tieghu ma jistax jghid illi hu wettaq l-obbligazzjonitieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni