Referenza: 1/2003

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/10/2003
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GALEA DEBONO JOSEPH
Partijiet
IL-PULIZIJA vs BORG PAUL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL, NULLITA` TAR-RIKORS - INDIKAZZJONI ZBALJATA TAS-SENTENZA APPELLATA - KONTROLL FUQ IL-KAMBJU, ESPORTAZZJONI TA` FLUS - MONEY LAUNDERING, ESPORTAZZJONI TA` FLUS
Fil-Qosor
Il-htiega li r-rikors tal-appell ikun fih, taht piena ta' nullita', t-talba ghat-thassir jew ghat-tibdil tas-sentenza tal-Qorti Inferjuri, ragonevolment u necessarjament tfisser li ghandha tigi indikata s-sentenza appellata w l-Qorti li ppronunzjata.

Il-htiega ta' dan ir-rekwizit giet dejjeminterpretatata b'mod rigidu mill-gurisprudenza taghna w rikorsi tal-appell gew dikjarati nulli ghall-ragunijiet analogi. In-nuqqas t'indikazzjoni fir-rikors tal-appell ta' liema kienet il-Qorti li tatis-sentenza li minnha sar l-appell gie ritenut li jirrendi l-appell null. Il-fatt li rikors ma kienx iffirmat minn Avukat ukoll irrenda l-appell null u hekk ukoll gie ritenut fejn sar appell b'isem zbaljat.

Ghalkemm il-Qorti, fejn hu possibbli, tipprova ssalva l-appelli li jigu quddiemha meta dawn ikollhom xi difett li jista' jigi sanat minghajr ma tigi miksura l-ligi tal-procedura, meta l-legislatur hu tassattiv, ma tistax u m'ghandix il-Qorti tinjora l-procedura biex issalva l-interessi ta' naha jew ta' ohra.

L-artikolu 174, 175 u 789 tal-Kap.12 ma humiex applikabbli ghall-proceduri quddiem il-Qrati ta' gurisdizzjoni kriminali. Umbaghad l-artikolu 520 tal-Kap.9 jisepecifikab'mod car liema huma id-dispozizzjonijiet tal-Kap.12 applikabbli ghall-procedura penali w n-nullita' komminata fl-artikolu 419 tal-Kodici Kriminali hija wahda tassattiva.

Fost ir-rekwiziti tar-rikors tal-appell mehtiega taht piena ta' nullita' fl-artikolu 419 (1) tal-Kodici Kriminali, hemm dik li r-rikors ghandu jkun hemm it-talba ghar-revoka jew riforma 'tas-sentenza tal-Qorti Inferjuri'.Ragonevolment interpretat dan ir-rekwizit ifisser li ghandu jkun hemm imsemmi fir-rikors liema hijas-sentenza appellata. Fil-procedura kriminali ma hemmx dispozizzjoni li biha l-Qorti tista' tirrimedja ghal difett simili. Inoltre gie ritenut li zball fir-rikors tal-appell huwa rettifikabbli meta jidher car li si tratta ta' semplici "lapsus calami" u mhux ta' nuqqas sostanzjali.

Hawn gieritenut li zball fl-indikazzjoni tad-data tas-sentenza appellata kien lapsus calami u b'hekk seta' jigi rettifikat.

Una volta li l-prosekuzzjoni tiddeciedi li tipprocedi skond l-Ordinanza dwaril-Medicini Perikoluzi (Kap.101) u mhux taht id-dispozizzjonijiet tal- Kap. 373, ossia l-Att tal-1994 kontra Money Laundering, fejn l-attivita' kriminali sottostanti tista' tkun varja w tirriferi ghall-ksur ta' diversi ligijiet kif indikat fit-tieni skeda tal-istess Att, irid al menu jigi "prima facie" pruvat li l-akkuzat ikun qed jagixxi bi hsieb li jahbi jew jikkonverti flus jew ir-rikavat ta' flus u jkun jaf jew ikollu s-suspett li dawk il-flus ikunu miksuba bhala rizultat ta' ksur ta' xi dispozizzjoni tal-Ordinanza (Kap.101) u dana qabel ma tiskatta l-inversjoni tal-oneru tal-prova fuq l-akkuzat kontenuta fil-paragrafu (b) appena fuq riprodott.

Inkella jigri li kull min jinstab fil-pussess ta' flus, proprjeta' jew rikavat u ma jatix spjegazzjoni tal-provenjenza lecita tieghu, jista' jigi processat skond il-Kap. 101, meta fil-fatt qatt ma kellu l-icken konnessjoni mad-drogi jew medicini perikoluzi f'hajtu. Setgha din li tista' tati lok ghall-abbuz mis-sistema legali minn prosekuzzjoni malintenzjonata jew traskurata fl-investigazzjoni taghha.

L-artikolu 2 (8) tal-Kap.223 jiddisponi li :-

"(8) Il-Ministru jista' jinnomina lill-Bank Centrali biex jagixxi bhala agent ghall-imsemmi Ministru ghal xi wiehed jew aktar mill-finijiet ta' dan l-Att, izda kull nomina bhal dik tkun bla hsara ghall-ezercizzju ta' kull wahda minn dawk is-setghat mill-Ministru."

Huwa bizzejjed li l-prosekuzzjoni tipprova li kien sar agir li jehtieg permess mill-Ligi u huwal-akkuzat li, jekk kien hemm il-permess relattiv, ghandu jgib dak il-permess bhala difiza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni