Referenza: 1140/2002

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/10/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
CAUSON MYRIAM vs FALZON NICHOLAS
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KONTUMACJA, APPLIKAZZJONI UNIFORMI TA` - KONTUMACJA, GUSTIFIKAZZJONI GHAL - KONTUMACJA, PRINCIPJI REGOLATURI - KONTUMACJA, RATIO TAL-ISTITUT
Fil-Qosor
Skond l-Artikolu 187 tal-Kap 12, hemm stipulat kif ghandhom isiru n-notifiki w inter alia fl-istessArtikolu 187 (1) jinghad li din ghandha tithalla "f'idejn wiehed fis-servizz ta' dik il-persuna jewf'idejn il-prokuratur taghha jew persuna awtorizzata minnha biex tircievi l-posta taghha, fil-lok fejn toqghod, jew tahdem jew fil-post tax-xoghol jew fl-indirizz postali taghha".

Min-naha wahda l-Qorti trid ikollha konvinciment morali tal-aspett negattiv tal-konvenut, sabiex jigi osservat il-principju 'audi alteram partem' u min-naha l-ohra ma jridx ikun hemm negligenza tal-parti jew tal-mandatarju taghha, ghaliex allura minflok il-prova tal-kawza gusta jkun hemm 'il-culpa' u f'dak il-kaz il-persuna ma tkunx tista' tilmenta minn xejn ghaliex "qui culpa sua damnum sestit non videtur damnum sentire".

L-artikolu 187 (1) ghandu jiftiehem fis-sens illi jekk il-konsenja tal-kopja tal-att issir lil wahda mill-persuni ndikati mill-ligi ghandu jigi prezunt ghall-finijiet tan-notifikailli hija waslet ghand id-destinatarju. Dan pero`, ghall-finijiet tal-purgazzjoni tal-kontumacja (ezercizzju li prattikament jippostula notifika procedurali valida, ghax altrimenti l-persuna nteressata timxi proceduralment mod iehor) ma jipprekludiex lill-persuna li kellha tigi u guridikament gietnotifikata izda qatt ma giet murija l-att mill-persuna li rcevietu u bil-ligi setghet tircevih, illi fil-kazijiet kongrui tfittex l-imsemmija purgazzjoni.

Meta jkun "hemm inkompetenza u/jew negligenza da parti ta' l-addetti tal-konvenut, pero` ma jidhirx li sal-mument li kien ghaddej it-terminu ta' 20 jum kellu xi kontroll jew mezz l-istess konvenut biex jirrispondi.

L-istitut tal-kontumacja huwa mizura punittiva necessarja biex tassigura serjeta' fil-proceduri u rispett dovut lejn l-atti emessi mill-Qorti. Mill-banda l-ohra proprju minhabba s-sanzjoni spiss irriversibbli li timporta, hi tifhem li r-rigorosita' tal-procedura ghandha tigi applikata w interpretata b'mod restrittiv fis-sens li fejn il-Qorti tkun sodisfatta li ma kien hemm l-ebda nuqqas da parti tal-persuna notifikata li jista' jammonta ghall-culpa anki ghax ma jistax ikun hemm kolpa fejn ma kienx hemm il-konoxxenza tan-notifika ta' l-att bhala fatt, ma ghandu jkun hemm l-ebda ostakolu li l-kontumacja titqies li giet gustifikata.

Il-principji li jirregolaw lil dan l-istitut huma s-segwenti:-

1. Il-kontumacja ma tistax tigi ritenuta u gustifikata jekk kienet volontarja.

2. Lanqastigi gustifikata jekk kienet almenu kolpuza.

3. Biex ikun hemm lok ghall-gustifikazzjoni hemm bzonn li tigi pruvata kawza gusta.

4. Din il-kawza gusta ghandha tkun tikkonsisti f' impediment legittimu.

5. L-impediment biex ikun legittimu ghandu jkun indipendenti mill-volonta'tal-kontumaci.

6. L-izball ma hux impediment legittimu jekk ma jkunx zball invincibbli ghaliex ikun vincibbli allura jigi ekwiparat ghall-kolpa.

7. Dan l-impediment legittimu jista'jkun kif intqal, "una necessita' impellente di chiamata ad altri doveri imprescindibili".

8.L-impossibbilta' li wiehed jidher ghas-subizzjoni jew almenu d-diffikulta' gravi, biex tista' tikkostitwixxi mpediment legittimu ghandha tkun fizika u eccezzjonalment biss tista' tkun morali.

Indubbjament l-istutut ta' kontumacja bl-ebda mod ma huwa relatat mal-mertu tal-kawza jew ma' l-implikazzjonijiet personali, socjali jew xort'ohra tieghu. Hu stitut intiz biss bhala fren biex irazzanl-atteggjament ta' kontumelja u disprezz da parti ta' min kien citat biex jersaq quddiem il-Qorti ujaghzel li jinjora tali ordni bla ma jkollu gustifikazzjoni xierqa. Ma kienx gust allura li ssir distinzjoni jew preferenza fejn il-ligi ma taghmilhiex u ma tippermettihiex.

Trid issir distinzjoni wkoll bejn l-istat kontumacjali li kellu jkun uniformement l-istess ghal kull min, bl-atteggjament negattiv tieghu, juri kontumelja u disprezz lejn il-Qorti, indipendentement mix-xorta tal-mertutal-kawza, u l-mod kif il-gudikant jipprocedi fit-trattazzjoni tal-kawza, benche' fil-kontumacja tal-parti, biex jassigura smiegh xieraq u gust li lanqas jaghmel hsara lill-kontendenti. Dan partikolarment minhabba l-fatt illi l-istat kontumacjali tal-konvenut jew tal-konvenuta f'kawza ta' separazzjoni personali jista' wkoll spiss ikollu effett negattiv mhux biss fuq dik il-parti, imma wkoll fuqhaddiehor, bhal per ezempju l-ulied minuri.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni