Summary
Skond l-artikolu 1857 (2) tal-Kodici Civili, il-mandat jista' jinghata b'att pubbliku, b'kitba privata, b'ittra jew bil-fomm, jew ukoll tacitament.
"L-unika limitazzjoni li taghmel il-ligi f'materja ta' mandat tirrigwarda s-setgha sabiex isiru trasferimenti ta' beni minbarra dawk it-trasferimenti li jaqghu fil-limiti ta' l-amministrazzjoni, jew sabiex isiru ipoteki fuq beni, jew sabiex isiru attijiet ohra ta' proprjeta', li trid tkun espressa;
Ma ghandhomx jigu konfuzi l-formalitajiet li l-ligi tassativament tordna ghax-xiri ta' l-immobili, u li huma dettati sabiex jiggarantixxu l-validita' taghhom fir-rapporti bejn bejjiegh u xerrej u di fronti ghat-terzi, mal-ftehim u rapporti li jkunu jezistu bejn mandanti u mandatarju. Skond l-ispirtu u l-iskop tal-ligi, fit-trasferiment ta' l-immobili, dak li ghandu, taht piena ta' nullita', jirrizulta mill-att pubbliku jew mill-miktub, huwa rispettivament il-kuntratt tat-trasferiment jew il-promessa tal-bejgh u cjoe' l-att bejn il-mandatarju, jew il-pretiz kumpratur, u t-terza persuna li tkun il-venditur; mentri l-mandat fl-effetti tieghu limitati bejn il-mandanti u l-mandatarju jista' jigi dejjem dimostrat u pruvat skond in-normi dettati ghall-prova ta' l-obligazzjonijiet in generali. Din hija l-konsegwenza legittima u natural ta' l-art 1959 u 1965 tal-Kodici Civili, Kap.23 ta' l-Edizzjoni Riveduta; minn fejn jidher, kifintqal fuq, li l-mandat jista' jkun espress jew tacitu, u ghandu jkun dejjem espress fil-kazi msemmija taht it-tieni artikolu fuq citat, u li huma attijiet li jsiru barra mill-ordinarja amministrazzjoni. B'dana kollu, mandat "exprissis" ma jfissirx ta' bilfors mandat bil-miktub, u jista' ugwalment jigi stabbilit u pruvat b'mezzi ohra li huma permessi mil-ligi;"
Il-mandatarju prestanom huwadak li apparentement jezercita drittijiet tal-proprjetarju, mentri fir-realta' mhux hlief il-mandatarju. Meta huwa, f'din il-kwalita' ta' mandatarju prestanom, jakkwista l-proprjeta' tal-haga immobili, ikun hemm att pubbliku li bih tigi lilu trasferita l-proprjeta' tal-haga, u konvenzjoni segreta fis-sens li huwa, pretiz akkwirent, mhux hlief mandatarju. Ghar-rigward tat-terzi jibqa' l-principjuilli, rispett ghal dawn, il-konvenzjonijet segreti li jidderogaw ghall-konvenzjoni palezi, ma jipproducu l-ebda effett. Imma bejn il-mandant u l-mandatarju prestanom il-konvenzjoni vera tipprevalixxighall-konvenzjoni apparenti, u d-drittijiet u l-obbligi tal-mandatarju prestanom jigu retti mil-ligi tal-mandat, u l-hwejjeg minnu akkwistati jappartjenu kwindi lill-mandant."
Is-semplici fatt li l-mandatarju jkun stipula l-akkwist ta' haga mobbli jew immobbli f'ismu proprio, minflok f'isemil-mandant tieghu, ma jimpedix li d-dominju tal-haga jghaddi direttament lill-mandant, meta hija provata l-ezistenza tal-mandat u ma jigix dubitat li l-mandatarju, fix-xiri tal-haga, kellu f'mohhu l-ezekuzzjoni tal-mandat.
Izda, apparti dana l-fatt, l-opinjoni kuntrarja hija sostnuta minn diversi awturi ohra. Dawn ipartu mill-principju illi l-kuntratti ghandhom jigu ezegwiti in bwona fede,u jsostnu li, ghalkemm lill-mandant ma jikkompeti ebda dritt reali fuq il-fond akkwistat mill-mandatarju bis-sahha tal-mandat, pure jirrikonoxxu fil-mandant l-azzjoni personali kontra l-mandatarju, sakemm il-fond jibqa' fil-poter tal-mandatarju, sabiex jikkonsenjalu l-fond akkwistat.
Meta l-mandatarju ta' l-attur xtara l-fond fl-isem tieghu proprju u b'mandat, l-attur -cjoe' l-mandant - ma akkwistax ebda dritt reali fuq dak il-fond b'mod li jista' jirrevindikah, immaghandu l-azzjoni personali 'mandati directa' kontra l-mandatarju u s-successuri tieghu u aventi kawza minnu, biex jigi lilu trasferit dak l-immobbli u sakemm l-immobbli jkun ghadu fil-pussess tal-mandatarju, u ma jkunx gie trasferit lil terza persuna, ma jistax il-mandatarju jirrifjuta dak it-trasferiment billi jippretendi li minflok kellu jigi azzjonat mill-mandanti ghad-danni u nteressi.
Il-kwistjoni, fis-sens li l-mandatarju inadempjenti, li jezegwixxi l-mandat f'ismu u fl-interess tieghu, ma jistax jigi kostrett ghall-ezekuzzjoni specifika ta' l-obbligu tieghu, imma biss ghar-rizarciment tad-danni, giet diversi drabi ezaminata u rizoluta minn dawn il-Qrati fis-sens li, meta l-mandatarju jezegwixxi l-inkariku li jkun ircieva, u hekk jakkwista fond f'ismu, izda fl-interess tal-mandant, huwa jista' jigi kostrett ghall-ezekuzzjoni specifika, u kwindi ghat-trasferiment tal-fond lill-mandant.
Wiehed jista' jixtri, jew jakkwista bi kwalunkwe titolu li jkun, fond fl-interess ta' hadd iehor bis-sahha ta' mandat li dik il-persuna l-ohra tkun taghtu ghal dan l-iskop; liemamandat ma ghandux bzonn jinghata bil-miktub, avvolja jkollu bhala effett tieghu l-akkwist ta' immobili. F'kaz bhal dan, il-fondi akkwistati mill-mandatarju jsiru tal-mandant minn dak il-mument stess tal-kuntratt, avvolja l-mandatarju jkun ghamel l-akkwist tal-fondi f'ismu proprju, u fl-att ma jkun issemma xejn li l-fondi kienu qeghdin jinxtraw fl-interess tal-mandant.
Fil-kaz ta' -prestanome li jkun gie verbalment kostitwit mandatarju hu fl-obbligu li jaddivjeni ghall-formalita' tal-att pubbliku biex minnu jirrizulta di fronti ghat-terzi li dak l-akkwist, apparentement maghmul mill-mandatarju f'ismu proprju, kien fir-realta' gie maghmul ghall-mandant tieghu; u jekk il-mandatarju ma jottemperax ruhu ghal dan l-obbligu, huwa jista' jigi kostrett mill-mandant ghall-ezekuzzjoni specifika ta' dak l-obbligu tieghu li jittrasferixxi lill-mandant il-fondi akkwistati f'ismu proprju.