Reference: 556/2000/1

Judgement Details


Date
20/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ENGINEERING SERVICES LIMITED vs REUTERS MALTA LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ECCEZZJONIJIET, ELEMENTI TAL-ECCEZZJONI INADEMPLENTI NON EST ADEMPLENTUM
Summary
Fis-sistema tal-ligi taghna, tnehhi forsi l-Artikoli 1391 u 1392 tal-Kodici Civili relattivi ghall-istitut li jittratta "Fuq il-Bejgh", ma nsibu l-ebda disposizzjoni specifika u 'ad hoc' koncernanti l-eccezzjoni ta' l-inadempiment, bhal ma ghal kuntrarju nsibu fil-Kodici Civili Taljan, ex-Artikolu 1460. Ciononostante hu pacifikament akkolt illi tali eccezzjoni "tista' tigi sollevata b'mod generali relativament ghall-kuntratti sinallagmatici jew korrispettivi kollha, u mhux biss fejn il-ligi tipprovdi ghaliha specifikatament, u b'barra minn dan l-eccezzjoni tista' tigi sollevata anke indipendenteent mid-dritt tar-rizoluzzjoni tal-kuntratt bis-sahha tal-patt kommissorju tacitu".

L-eccezzjoni hi ghalhekk mahsuba biex takkorda rimedju lil dak li jkun kontra r-riskju ta' l-inadempimentda parte ta' dak haddiehor li mieghu kkuntrattat. F'dan is-sens hi orjentata l-gurisprudenza taghna.

Din l-eccezzjoni hi poter moghti lil kontraenti li bih, fil-konkorrenza ta' certi cirkostanzi, hu jista' jastjeni ruhu milli jadempixxi l-prestazzjoni tieghu. B'dik l-eccezzjoni hu jipparalizza l-azzjoni avversarja in kwantu li, minhabba fiha, l-attur li ma jkunx hu stess ezegwixxa l-obbligazzjoni tieghu, ma jkunx jista' jottjeni l-adempiment tal-kontroprestazzjoni u jkollu jissubixxi dik is-sitwazzjoni.

Ir-rekwiziti biex din l-eccezzjoni tirnexxi huma li (1) l-inadempjenza ta'l-attur tkun tolqot xi obbligu tieghu li jkun parti integrali tal-fehim; (2) l-inadempjenza trid tkun verament imputabbli lill-attur; u (3) irid ikun hemm proporzjonalita` bejn l-inadempjenzi tal-partijiet, cioe li n-nuqqas ta' l-attur, relattivament ghal prestazzjoni li hu jesigi minn ghand il-konvenut, ikun ta' certa gravita`.

Tali eccezzjoni giet ukoll ammessa fil-kaz ta' obbligazzjonijiet accessorji.

L-eccezzjoni ta` inadempiment hija generalment meqjusa bhala opponibbli mhux biss fil-kaz ta` inadempiment, imma anki fil-kaz ta` adempiment inezatt, aktar precizament kwalifikatbhala "non rite adempleti contractus".

Id-depozitu ta' l-oggett difettuz lanqas ma kien essenzjali, jekk il-konvenut mill-ewwel juri lill-attur bl-ilment tieghu. Il-fatt li l-konvenut sa certu zmien baqa' jhallas ir-rati ma kellux jittiehed bhala akkwiexxenza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info