Reference: 41/1999/1

Judgement Details


Date
20/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CUTAJAR SAVIOUR ET vs BEZZINA FRANCIS ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - FOND GHAL UZU KUMMERCJALI - LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - MAHZEN - LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - ONERU TAL-PROVA - LOKAZZJONI, ELEMENTI MEHTIEGA SABIEX GARAGE JEW REMISSA JIKKWALIFIKAW BHALA HANUT GHALL-FINIJIET TAL-KAP. 69 TAL-LIGIJIET TA` MALTA - LOKAZZJONI, NON USO - ELEMENTI TA` - LOKAZZJONI, NON USO FIL-KAZ TA` HANUT - LOKAZZJONI, NON USO FIL-KAZ TA` MAHZEN - LOKAZZJONI, PROTEZZJONI TA` KIRJA TA` MAHZEN TAHT IL-KAP. 69 - LOKAZZJONI, UZU TA` FOND GHAL SKOPIJIET KUMMERCJALI
Summary
L-uzu bhala 'store' ta' fond mikri ghal skopijiet kummercjali ma jimportax kambjament tal-uzu kontrattwali in kwantu dan l-uzu jidhol fil-latitudni espressament permessa lill-inkwilin skond l-iskrittura li kkrejat il-kirja.

Sakemm iz-zewg kontraenti ma jkunux ftehmu fuq id-destinazzjoni tal-uzu tal-fond b'mod li jistabilixxu destinazzjoni esklussiva ghall-finijiet tal-kirja u c-cirkostanzima jkunux juru b'mod univoku li l-uzu kellu jkun ghal xi destinazzjoni partikolari, ma jistax jinghad illi l-inkwilin ikun marbut li juza l-fond ghal skop wiehed biss u ma jkunx jista' jaghmel uzu divers minn dak li jkun beda jaghmel.

Id-definizzjoni ta' "hanut" kienet tikkomprendi wkoll kullpost li fih tigi stivata l-merkanzija, kif il-kelma "magazzino" u "warehouse" ghandha tfisser.

Fil-verita` dak li "l-ligi ma jidherx li tikkontempla bhala "mahzen" protett minnha bhala "hanut"hu fond fejn wiehed jerfa' xi affarijiet, ikunu x'ikunu, imma aktarx fond fejn jinzammu "wares" jew"goods" konnessi man-negozju.

Hu minnu illi meta fond jinzamm maghluq ghal zmien twil huwa ma jkunx qieghed jigi uzat skond id-destinazzjoni tieghu u dan in-non-uso hu parifikat ghal kambjament fid-destinazzjoni tieghu.

Ma hemmx ghalfejn jigi wisq sottolinejat illi l-prova tal-bdil ta' destinazzjoni trid issir mis-sidien ghax kienu huma li kienu qeghdin jallegawha. Din il-prova necessarjament timponi (1) il-kostatazzjoni certa illi l-fond inkera ghal certa determinata destinazzjoni (f'dan il-kaz l-unika certezza kienet id-destinazzjoni kummercjali tal-fond); (2) illi l-inkwilin, fil-kors tal-kirja, biddel dik id-destinazzjoni billi beda juza l-fond ghal skop divers minn dakli ghalih kien miftiehem li kellu jintuza, dana fil-parti principali tieghu (tibdil dan li fil-kaztaht ezami ma rrizultax); u (3) li, jekk dan sehh, dan ma kienx gara bl-akkwiexxenza u l-kunsens espress jew tacitu tas-sidien.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info