Reference: 350/2000/1

Judgement Details


Date
20/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SPITERI CHARLES ET vs ASSOCIATED SUPLIES LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AVVIZ QUDDIEM IL-QORTI TAL-MAGISTRATI, IL-QORTI MHIX MARBUTA BIL-KAWZALI TA` - KUNSENS, VIZZJU MINHABBA ERROR IN SUBSTANTIA - ELEMENTI TA` L-IZBALL - KUNTRATT, MODALITA` POTESTATTIVA LI TIDDEPENDI BISS MIR-RIEDA TA` DAK LI JOBBLIGA RUHU HIJA NULLA - KUNTRATT, REXISSJONI PARZJALI
Summary
Il-procedura fil-Qrati Inferjuri, ghalkemm sommarja, mhijiex pero` tali fis-sens li tista' tigi vjolata l-ligi, kemm fis-sens tal-Art 215 tal-Kap 12 u anke fis-sens illi l-ligi stess f'certi disposizzjonijiet taghha, immitigat il-formalizu tal-Qrati Superjuri. Hekk per ezempju c-citazzjoni fil-Qrati Inferjuri tista' tkun f'forma ta' semplici avviz minghajr il-formalitajiet tac-citazzjoni vera uproprja (Art 171). Hekk ukoll per ezempju fil-Qrati Inferjuri, l-Qorti tista' tiddeciedi fuq dak lijkun irrizultalha avvolja ma jkunx jidhol precizament fit-talba originali.

Hi gurisprudenzapacifika illi biex jinvalida ftehim l-izball irid ikun sostanzjali, skuzabbli u determinanti. Dan tal-ahhar fis-sens li minghajru l-parti li tkun ikkuntrattat taht l-izball ma kienetx taghti l-kunsens taghha kieku kienet taf il-verita`.

Kwantu ghal kriterju tas-sostanzjalita` jinsab generalment ritenut li zball soggettiv jista' jkun bizzejjed. Gie pero aktar approfondit illi ghalkemm zbalji ta' natura soggettiva kapaci jikkondizzjonaw il-kunsens fl-attur dawn "ma jikkostitwux l-izball oggettivizzat li jirrigwarda s-sustanza, l-identita' preciza, l-kwalita` intrinsika tal-oggett, li huwa l-izball li l-ligi tirrikonoxxi bhala l-element li effettivament jannulla l-kunsens mehtieg ghall-validita` ta' kull kuntratt".

Fl-ahharnett, biex zball jitqies skuzabbli dan jigri meta jkunkawzat mill-fatt tal-parti l-ohra. Anke hawn pero` gie ritenut illi ma huwiex zball skuzabbli dakli wiehed jaqa' fih meta l-fattijiet li ghalihom jirreferixxi dak l-izball kienu facilment accertabbli.

Il-kwalitajiet essenzjali ghandhom jigu ikkunsidrati bhala dawk indispensabbli ghall-uzuli ghaliha l-haga ta' tip determinat tkun normalment destinata; il-venditur jirrispondi ghall-ezistenza taghhom anke jekk ma jissemmewx specifikament fil-kuntratt.

Il-kwalitajiet imweghda humadawk atipici, jekk ikunu inerenti ghal uzu divers minn dak normalment proprju tal-haga mibjugha, jewinkella partikolari, jekk inerenti ghal uzu tal-haga li jkun konformi ghad-destinazzjoni tieghu, izda li jkun irid isir taht kondizzjonijiet determinati. Ghall-ezistenza taghhom il-bejjiegh jirrispondi biss fejn ikunu gew stipulati.

Kull modalita` potestattiva li tiddependi biss mir-rieda ta' dak li jobbliga ruhu hija nulla. Dan jipprovdi ghalih espressament l-Artikolu 1056(1) tal-KodiciCivili.

Ma hemm xejn guridikament anomalu illi t-talba ghar-rexxissjoni tkun limitata ghal parti biss mill-ftehim bejn il-kontraenti. Dan aktar u aktar fejn bhal f'kaz fejn kull 'unit' huwa identifikat u abbinat il-prezz partikolari ghalih.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info