Reference: 34/1999/1

Judgement Details


Date
20/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BORG RAYMOND ET vs HAL MANN LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPALT, DOVERI TAL-APPALTATUR - APPALT, RIMEDJI TAL-APPALTANT META X-XOGHOL MA JKUNX SKOND IS-SENGHA U L-ARTI - APPALT, XOGHOL LI MA JKUN TA` EBDA UTILITA` - APPELL, AGGRAVJU IBBAZAT FUQ PUNT MHUX TRATTAT IN PRIM` ISTANZA - AVVIZ QUDDIEM IL-QORTI TAL-MAGISTRATI, REKWIZITI FORMALI - ECCEZZJONIJIET, META JIGU SOLLEVATI EX UFFICIO - SENTENZA, META TKUN TIKKONTJENI PUNTI MHUX TRATTATI MILL-PARTIJIET - SPEJJEZ GUDIZZJARJI, SPARTIZZJONI TA`
Summary
Hu principju maghruf illi fl-ghoti tas-sentenza f'kawza l-gudikant ghandu joqghod rigorozament fil-limiti tal-kontestazzjoni b'mod illi waqt li hu obbligat jokkupa ruhu mill-kwestjonijiet kollha dedotti fil-gudizzju mill-partijiet; minn naha l-ohra ma jistax jittratta u jirrisolvi kwestjonijiet li l-partijiet ma ssollevawx u ma ssottomettewx ghad-decizjoni tieghu. Dan dejjem salv meta non si tratta minn kwestjoni ta' ordni pubbliku fejn allura l-gudikant hu obbligat li jirrileva 'ex officio'.

Mhux lecitu li appellant iqajjem materji godda fl-appell kemm ghax dan ikun jissorprendi lill-kontroparti u jipprivaha mid-dritt tad-doppio ezami kif ukoll ghaliex il-Qorti ma ghandhiex bhala regola tippermetti li dan isir meta l-fatti li fuqhom dawn il-kontestazzjonijiet ikunu bazati ikun ovvjament diga` sewwa maghruf lill-appellanti qabel u waqt it-trattazzjoni tal-kawza quddiem l-ewwel Qorti.

Fil-paragun mal-Artikolu 156 li jirrigwarda c-citazzjoni fil-Qrati Superjuri fil-Qorti Inferjuri, skond l-Artikolu 171 (1), bizzejjed li fl-avviz utilizzat quddiem il-Qorti tal-Magistratiikollok, oltre s'intendi l-firma tar-Registratur, l-ismijiet tal-partijiet, it-talba tal-attur, datau hin li fihom il-konvenut ghandu jidher.

Fl-appalt japplikaw is-segwenti principji:

i. L-appaltatur ghandu l-obbligu li jesegwixxi x-xoghol lilu kommissjonat, skond ir-regoli tas-sengha u jrid almenu jippresta kapacita` ordinarja.

ii. L-appaltatur ghandu jiggarantixxi l-bontatax-xoghol tieghu; u din il-garanzija hija mplicita. Huwa tenut anki ghall-kolpa ljevi.

iii.L-appaltatur ghandu jezegwixxi x-xoghol lilu kommess fis-sens li huwa ghandu l-obbligu wkoll li jara li dan ix-xoghol ikun sejjer isir utilment u mhux b'mod li l-quddiem juri difetti. F'kaz bhal danhu ghandu mill-ewwel ma jaghmilx ix-xoghol jew ikollu jirrispondi ghad-difetti li jigu 'il quddiem.

Hu veru illi fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 223 [kull sentenza definittiva ghandha tikkundanna lit-tellief ghall-ispejjez] tal-Kap 12 tezisti gurisprudenza li ma kkonsidratx ir-regoli tal-precitat dispost tal-ligi bhala talment inflessibbli li ma jippermettux temperament jew deroga minnhom, anke billi addirittura f'certi kazijiet twahhal l-ispejjez kollha lill-parti proceduralment vincenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info