Reference: 306/2000/1

Judgement Details


Date
20/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SCERRI CARMELO vs DARMANIN ESTHER
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOLLIZJONI, META KAROZZA TKUN GHADDEJJA MINN NAHA L-HAZINA TAT-TRIQ - KOLLIZJONI, SEWWIEQ GHANDU JADOPERA DAWK IL-MEZZI KOLLHA BIEX JIGU EVITATI ANKE IL-KONSEGWENZI TAN-NUQQAS TA` HADDIEHOR - KOLLIZJONI, VALUR PROBATORJU TA` L-ISKIZZ - PROVA, VALUR PROBATORJU TA` L-ISKIZZ F`INCIDENT STRADALI
Summary
Huwa indubitat illi f'kazijiet ta' kollizjoni l-iskizz dejjem gie meqjus bhala element importanti tal-provi, ad eccezzjoni tas-sitwazzjonijiet fejn ikun jidher ovvju illi dan ma jkunx gie redatt sewwau jkun jonqsu indikazzjonijiet li ma jistghux jitqiesu traskurabbli. L-importanza ta' dan id-dokument giet ravvizata anke fil-kaz fejn dan ma jkunx gie mahluf mis-surgent li rredegieh.

Hekk gie rimarkat illi anke fejn dan hu l-kaz, eppure "hu wkoll veru li dan gie preparat in situ a tempo vergine u hadd ma ressaq dubbju dwar l-integrita` tas-surgent. Dan tal-ahhar huwa recorder tar-'resgestae' u hu fid-dover qabel xejn, bhala parti mill-investigazzjoni tieghu, li jigbor il-fatti rilevanti kif irrizultawlu materjalment u jirregistrahom fl-iskizz ta' l-okkorrenza. Allura meta skizz ikun maghmul b'mod professjonali, u fejn indikat, to scale jew almenu b'ezatezza, l-qisien importanti, u ma jkunx hemm kontestazzjoni dwaru mill-partijiet in kawza, dan l-iskizz ghandu jittiehed li jaghmel prova ta' dak li juri.

Huwa pacifiku illi driver li jsuq minflok fuq ix-xellug tat-triq,kif iridu r-regolamenti, fuq il-crown of the road jew addirittura fuq in-naha hazina tat-triq, mhuxdeciziv ghas-soluzzjoni tal-kwestjoni liema driver kien il-htija tal-kollizzjoni. Ghaliex il-vjolazzjoni ta' regolament stradali di per se ma jfissirx awtomatikament responsabilita` civili.

Huwa del resto principju ben akkolt fil-ligi illi min ikun qieghed isuq vettura ghandu jadopera dawk il-mezzi kollha biex jigu evitati anke il-konsegwenzi tan-nuqqas ta' haddiehor. Jekk ma juzahomx ikun hu wkoll legalment responsabbli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info