Reference: 26/1999/1

Judgement Details


Date
20/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SPITERI DEBONO ANNA MARIA PRO ET NOE vs BORG PAUL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - GRAD TA` PROVA MEHTIEG - LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI PARZJALI - LOKAZZJONI, SULLOKAZZJONI - GRAD TA` PROVA MEHTIEG - LOKAZZJONI, SULLOKAZZJONI PARZJALI
Summary
Ma taghmel l-ebda differenza illi l-uzu divers ikun qieghed isir flimkien ma' l-uzu pattwit billi anke kambjament parzjali ta' l-uzu ta' fond igib mieghu l-istess sanzjoni.

Hi in effetti gurisprudenza konkordi illi l-uzu divers li jsir anki minn parti biss minn fond igib tibdil tad-destinazzjoni tieghu ammenokke non si tratta minn kambjament parzjali komplimentari tad-destinazzjoni miftehmau kwazi konsegwenzjali taghha.

L-istess hu l-kaz fir-rigward tas-sullokazzjoni parzjali tal-fond billi il-beneficcju akkordat mill-Ordinanza fl-Artikolu 9 (a) tal-Kap 69 ma giex estiz ghall-hwienet.

Hawnhekk gie allegat li l-inkwilin kien issulloka l-fond mertu tal-kawza lil socjeta`li fiha l-istess inkwilin kien socju.

Il-Qorti ta' l-Appell qieset li mhux bizzejjed is-semplici indirizz tal-hanut fuq il-Memorandum tal-kumpanija biex dan igib wahdu dak it-tibdil tad-destinazzjoni jew ksur tal-kuntratt li jintitola lis-sidien jizgombraw lill-kerrej. Hu certament rikjest aktar minn hekk. Prova konvincenti u talment qawwija ta' xi attivita` gestjonali tal-kumpanija mill-fond de quo ma ngabetx biex jista' jinghad b'sikurezza illi sar tibdil abusiv tad-destinazzjoni tal-uzu tal-fond.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info