Reference: 2211/1997/1

Judgement Details


Date
20/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BRIFFA GEORGE ET vs CAMILLERI ERNEST
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - ELEMENTI TA` - LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - KONDIZZJONIJIET GHANDHOM JIGU VALUTATI SKOND IN-NATURA TAL-KIRJA - LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - KONDIZZJONIJIET IRIDU JIGU VALUTATI LKOLL FLIMKIEN - LOKAZZJONI, ARTIKOLU 1530 TAL-KODICI CIVILI - QUANTUM TAL-KERA GHANDU JIGI VALUTAT SKOND IR-REGOLI TAS-SUQ
Summary
Hi gurisprudenza tradizzjonali illi l-Artikolu 1530(1) tal-Kodici Civili jidderoga mill-principju "resoluto jure dantis solvitur et jus accipientis".

Il-kriterju li kellu jigi adottat fil-kejltal-quantum tal-kera kellu jkun allaccjat mal-konsiderazzjoni tar-regoli tas-suq. Dan ghaliex bhalafatt ma hemmx dubbju li kienet tezisti l-possiblita`, specjalment fir-rigward ta' fondi kummercjali, fejn kien hemm certa liberta` fis-suq hieles li kienet tippermetti n-negozjar ta' l-ammont originali ta' kera b'certi determinati cirkostanzi, u dan kien fattur importanti u jista' wkoll ikun determinanti biex tigi evalwata l-gustizzja tal-kera miftehma u jekk din kienetx jew le ingustament tippregudika d-direttarju u/jew is-sid.

Skond il-gurisprudenza prevalenti, imbaghad, il-quantum tal-kera, ghalkemm meqjus bhal element l-aktar importanti u vitali fl-ezercizzju biex jigi stabbilit jekk il-kundizzjonijiet tal-kirja kienux jew le gusti, ma kienx pero` l-uniku element li kellu jigi konsiderat. Kif ritenut, "hemm aspetti ohra tal-ftehim li setghu kienu daqstant vitali fid-deliberazzjoni tal-Qorti biex tasal ghall-konkluzjoni jekk il-kirja kenitx jew le wahda gusta".

Gustament, f'kazijiet konsimili, kien gie osservat in linea generali illi kien dmir ta' l-enfitewta "li jiehu hsieb, jiehu kura ragonevoli ta' l-interessi tas-sid, ghax altrimenti din tkun interpretazzjoni ta' ligi li timporta virtwalment konfiska "in aeternum" ghall-proprjetarju; interpretazzjoni brutaliu indifferenti li ma ghandiex tigi segwita".

L-istess obbligu kien jinkombi lill-inkwilin prospettiv. Hu fl-interess taz-zewg kontraenti li meta jikkontrattaw jassiguraw li l-kirja tkun "on fair conditions". Kondizzjonijiet li kellhom ikunu gusti kemm oggettivament fir-rigward tan-negozju konkjuz, kif ukoll soggettivament fir-rigward tad-direttarju li kellu eventwalment ikun kostrett li jirrikonoxxi dik il-kirja jekk tkun taht kundizzjonijiet gusti. L-interess taz-zewg kontraenti johrogproprju minn dan ir-riskju reali li dik il-kirja "ma tkunx tiswa" fir-rigward tas-sid direttarju, ughalhekk tigi bla ebda effett fil-konfront tieghu. U taht dan l-aspett hu ovvju illi l-interess ta' l-inkwilin hu ferm akbar minn dak ta' l-enfitewta li, bhala regola, terminata l-koncessjoni ma jibqghalux wisq aktar interess fil-fond u fil-kirja.

L-apprezzament tal-kondizzjonijiet li tahthom tkun saret il-kirja, konsiderati fl-assjem taghhom, kellu jkun wiehed oggettiv, kemm jista' jkunbazat fuq elementi fattwali, ghalkemm mhux eskluz l-involviment ta' indagini soggettiva dwar l-elementi li jkunu ddeterminaw l-"idem placitum consensus" meta jkun gie finalizzat il-ftehim tal-kiri.It-test veru kellu jkun fir-risposta ghad-domanda jekk il-ftehim, fil-komplessita` tieghu, kienx jitqies vantagguz mis-successur fit-titolu li kieku kien qed jaghmlu hu flok il-lokatur. Minn dan seta' jigi stabbilit jekk il-kirja kenitx taht kondizzjonijiet gusti jew ingusti.

Hawnhekk gie ritenut li l-kirja ma kienetx saret that kondizzjonijiet gusti ghaliex:

1. Il-konvenut gie koncess mill-enfitewta lokatur il-fakolta` li jaghmel dawk l-alterazzjonijiet li kien jidhirlu necessarji.

2. Ma saru l-ebda restrizzjonijiet fuq il-kerrej, ad exemplum dik koncernanti l-aspett tas-sullokazzjoni jew cessjoni tal-kirja; jew li ittiehed hsieb tal-inkluzjoni ta' mizuri li jahsbu ghal zidiet perjodici tal-kwantum tal-kera.

3. Il-fond kien detenut mic-censwalist kien jintuzaghal skopijiet ta' abitazzjoni izda l-lokazzjoni kienet wahda ad uzu kummercjali. Konsiderat dan il-fatt mill-perspettiva tal-ligi specjali dan ifisser illi l-kerrej huwa protett in vista ta' dak li jinghad fl-Artikolu 12 tal-Kap 69. Li jfisser ukoll illi s-sid huwa ristrett billi ma jkunx jista' jitlob il-pussess lura tieghu jekk per ezempju ikun iridu ghal htigijiet tieghu jew ta' xi membru tal-familja.

Il-Qorti qieset li kull wahda minn dawn ir-ragunijiet tista' titqies lesiva ghall-interessi tal-atturi sidien. U kif inhu saput "raguni wahda hija bizzejjed biex twassal lill-Qorti ghall-konkluzjoni li l-lokazzjoni tkun saret taht kondizzjonijiet ingusti".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info