Referenza: 212/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/10/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
FENECH FRANCIS ET vs MONTEBELLO MARK
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, KONTRIBUTORJETA` - DANNI, RESPONSABILITA` META L-HTIJA MA TKUNX TISTA` TIGI APPORZJONATA - KOLLIZJONI, DOVERI TA` UTENT TA` TRIQ SEKONDARJA - KOLLIZJONI, META KAROZZA TKUN GHADDEJJA MINN NAHA L-HAZINA TAT-TRIQ - KOLLIZJONI, NEGLIGENZA KONTRIBUTORJA
Fil-Qosor
Huwa principju primarju illi min ikun ser jittraversa triq jehtieglu juza l-massima diligenza u vigilanza ghax il-manuvra li jkun sejjer jaghmel biex jaqsam it-triq hi kalkolata li tiddisturba l-korsordinarju tat-traffiku. Jehtieglu allura jkun cert u sigur illi tabilhaqq it-triq hi libera b'mod li kienet tippermettilu li jista' jibda, jkompli u jtemm il-manuvra li xtaq jaghmel bla ma jkun ta' xkiel ghal vetturi ohra. F'dan ma hemmx kwestjoni ta' min jilhaq l-ewwel jew ta' precedenzi izda tal-harsien tar-regoli; l-aktar dik tal-bon sens. Dan aktar u aktar fejn bhal f'dan il-kaz minn diskorsu stess l-appellanti seta' u fil-fatt ippreveda li l-attur seta hu wkoll johrog minn fuq l-istop sign fejn kien sost.

Huwa logiku illi f'materja ta' determinazzjoni ta' responsabilita` ghall-incident awtomobilistiku, l-Qorti ghandha tiggudika a bazi ta' dak li jirrizultalha li kienet il-kawza prossima u immedjata tieghu bl-applikazzjoni tar-regoli li s-sewwieqa kienu obbligati josservaw ujobdu. Anke jekk allura, u dan qed jigi rilevat gratia argomenti biex tinghata twegiba lis-sottomissjonijiet tal-appellant, sewwieq ta' karozza jkun qed isuq fuq in-naha hazina tat-triq dan mhux necesarjament ikun responsabbli ghall-kollizzjoni jekk l-agir tieghu ma jkunx ta lok ghaliha.

Fejn tirrizulta htija kontributorja huwa dejjem imholli fid-diskrezzjoni tal-Qorti li tistabilixxi hi skond ic-cirkostanzi tal-kaz il-proporzjon tar-responsabilita`. U fejn din ma tistax tigi maqsuma b'certezza ghandha tigi diviza ugwalment.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni