Reference: 184/1995/1

Judgement Details


Date
20/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GAUCI JOSEPH vs MCL LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, DRITTIJIET TA` SULLOKAZZJONI U CESSJONI JITQIESU ESKLUZI JEKK MHUX ESPRESSAMENT PERMESSI FIL-KAZ TA` KIRJA PROTETTA TAHT IL-KAP. 69 - LOKAZZJONI, TIP TA` KUNSENS MEHTIEG TAHT IL-KAP. 69 SABIEX ISSIR SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, X`INHU MEHTIEG SABIEX TIGI STABILITA R-RATIFIKA TA` SULLOKAZZJONI JEW CESSJONI
Summary
Biex ikun hemm il-kunsens tacitu ghall-finijiet ta` sullokazzjoni hemm bzonn essenzjalment ta' zewgrekwiziti, cioe` li dak li jikkonsenti jkun pjenament konsapevoli tal-vera portata u l-effetti tal-att li jinghad li huwa qieghed tacitament jakkonsenti jew jaccetta, u di piu` illi l-komportament tieghu jkun tali li jkun inkonsiljabbli mal-volonta` tieghu, b'mod li l-kondotta tieghu ma tkunx tista'tigi sjegata b'mod iehor hlief li huwa accetta l-operat li ghalih ikun qed jigi allegat li akkonsenta. Din l-accettazzjoni hija ta' stretta interpretazzjoni, u dan huwa tant aktar veru fil-kaz ta' l-art. 9 tal-Kap 69 li jaghti d-dritt lis-sid li jiehu lura l-fond fit-terminazzjoni tal-lokazzjoni f'kaz ta' trasferiment tal-inkwilinat, jitkellem fuq meta l-inkwilin ikun ittrasferixxa "l-kiri minghajr il-kunsens espress ta' sid il-kera. Huwa veru illi gie kemm il-darba deciz illi anki meta jkunhemm il-kunsens tacitu u mhux espress, is-sid jiddekadi minn dan id-dritt, izda l-kliem tal-ligi, lissemmi l-kunsens espress, jippostula illi dan il-kunsens ikun jirrizulta car u mhux inekwivoku u minn fatti tant inspjegabbli b'mod iehor, illi l-kunsens tacitu jkun in effetti jekwivali ghal kunsensespress".

Kemm ilha fis-sehh il-ligi specjali ma jidherx li qatt gie dubitat illi jekk fil-kuntratt tal-kiri ma jkunx gie miftiehem ebda patt specjali dwar is-sullokazzjoni, u l-inkwilin jissulloka l-fond minghajr il-kunsens tal-lokatur, dan jista' bis-sahha ta' din il-ligi, fi tmiem il-lokazzjoni jitlob li jiehu lura l-fond minhabba dik is-sullokazzjoni. Patt koncepit b'dan il-kliem ma jzid u ma jnaqqas xejn ma' dak li tghid il-ligi stess u kif qal il-Bord, ma hemmx ebda raguni fil-logika u l-bon sens ghaliex ghandu jkun hemm interpretazzjoni u applikazzjoni diversa tal-ligi skond jekk ma jkunx hemm jew ikun hemm dik l-interpretazzjoni specjali fil-kuntratt ta' kera.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info