Reference: 2/2003

Judgement Details


Date
16/10/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, FILLETTI JOSEPH A., SCICLUNA DAVID
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs THAFER IDRIS GABALLAH SALEM
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
PIENA, DETERRENT
Summary
Il-fatt wahdu li qorti tabbracca tezi jew ohra - tal-prosekuzzjoni jew tad-difiza - wara li tkun semghet lill-partijiet skond il-ligi, ma jfissirx li allura dik il-Qorti ma baqghetx aktar imparzjali meta giet biex taghti s-sentenza, jew li ma kinitx imparzjali waqt li qed tismaghhom - kieku kien hekk, ebda sentenza f'ebda kawza ma tista' tinghata minghajr ma parti jew ohra tinvoka l-parzjalita` tal-gudikant ex post facto! Anqas ma jista' remotament jinghad li ghax gudikant f'kawza penali jfisserli fis-sentenza li ser jaghti qed izomm f'mohhu l-element tad-deterrent, allura dak il-gudikant mabaqax aktar imparzjali, jew li l-gudikabbli ma kellux smiegh xieraq skond il-ligi. Ma hemmx dubbju li l-element ta' deterrent, specjalment fil-kaz ta' reati premeditati (a differenza ta' dawk li jigukommessi "on the spur of the moment") hi konsiderazzjoni legittima li Qorti tista', u hafna drabi ghandha, izzomm quddiem ghajnejha fil-ghoti tal-piena; u ghalhekk jaghmel sens li dik il-konsiderazzjoni tissemma espressament fis-sentenza. S'intendi, hemm dejjem l-element tal-proporzjonalita`: qortima tistax, bl-iskuza tad-"deterrent", taghti piena li ma tkunx gustifikata fuq il-fatti li jirrizultaw mill-provi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info