Reference: 1991/1997/1

Judgement Details


Date
15/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
CASSAR PULLICINO DR LOUIS NOE vs PACE VINCENT ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO PAULIANA, CONSILIUM FRAUDIS - ACTIO PAULIANA, ELEMENTI TA` - ACTIO PAULIANA, EVENTUS DANNI - ACTIO PAULIANA, PARTICIPATIO FRAUDIS
Summary
L-Actio Pauliana kontemplata fl-Artikolu 1144 tal-Kap.16 tispetta lil u hija miftuha "ghal kull minghandhu azzjoni x' jiddeduci biex jirreklama l-adempiment ta' obbligazzjoni b' mod li jista' jisperixxi tali azzjoni kull min jinsab ippregudikat bif-fatt ta' haddiehor b'atti kompjuti mid-debitur". Huwa rimedju generiku u komprensiv moghti lil kull kreditur biex dan jesigi dak li hu dovut lilu.

Sabiex tirnexxi din l-azzjoni jiridu jikkonkorru zewg elementi principali: l-eventus damni ul-consilium fraudis.

L-ewwel element dak tal-eventus damni jigi sodisfatt bil-prova li, rizultat tal-att li qed jigi impunjat, id-debitur ikun sofra diminuzzjoni fil-patrimonju tieghu li tkunta' pregudizzju ghad-drittijiet tal- kreditur, liema att jkun rrenda lill-istess debitur insolvibbli jew aktar insolvibbli. "Biex kreditur jithalla jintervjeni f' kuntratt li fih hu ma kienx parti fl-ewwel lok, jrid juri li b' rizultat ta' dak l-att impunjat, id-debitur tieghu sar insolvibbli" Illi inoltre "Id-duttrina u l-gurisprudenza pero' ma jinsistux li huwa l-kreditur li jrid jesawrixxi r-rimedji kollha li ghandu kontra d-debitur, izda d-debitur jista', jekk irid, ixejjen l-azzjoni paoliana billi jindika lill-kreditur assi ohra tieghu li fuqhom il-kreditur jista' jesegwixxi. Hu d-debitur li jirid juri li hu solvibbli u mhux il-kreditur li jrid juri li d-debitur tieghu hu insolvibbli"

It-tieni element dak tal-consilium fraudis huwa sodisfatt bil-prova tax-xjenza li bl-att tad-debitur qed jigu ppregudikati d-drittijiet tal-kreditur. Mhux rikjesta l-prova tal-animus nocendi. "L-element tal-consilium fraudis jikkonsisti fix-xjenza illi bl-att tkun qeghda tigi determinata l-insolvenza jew imnaqqsa s-solvibilita' tad-debitur,u ma jirrikjedix l-intenzjoni li jigi defrawdatil-kreditur". Il-konsapevolezza da parti tad-debitur li l-att tieghu ser jikkaguna hsara fid-drittijiet tal-kreditur tieghu, taghti lok ghal presunzjoni ta l-intenzjoni frawdolenti "ghax min ikun jafbl-effett ta' xi att, u b' dankollu jirid jaghmel dak l-att, allura jsegwi li hu jrid wkoll dak l-effett". Izda ghajr il-prova tax-xjenza tal-effetti tal-att da parti tad-debitur, il-ligi ma tirrikjedix prova ulterjuri da parti tal-kreditur.

Element iehor li ghandu jikkonkorri u li hu relatat mal-ahhar ingredjent, huwa dak tal-partecipatio fraudis da parti tat-terz akkwirent. Dan l-ingredjent huwa rikjest biss fil-kaz li l-att impunjat ikun wiehed maghmul that titolu oneruz; u jikkonsisti fil-konsapevolezza da parti tat-terz akkwirent li n-negozju guridiku li ghamel mad-debitur huwata' hsara ghall-kreditur. Skond gurisprudenza, l-element tal-frodi tat-terz akkwirent jikkonfigurameta dan ikun jaf bil-kondizzjoni finanzjarja prekarja tad-debitur. Fil-kaz ta' att that titolu gratuwitu dan l-element huwa espressament eskluz mill-ligi.

Illi l-effett ta' din l-azzjoni huwa wiehed restitutorju fis-sens li, jekk tigi sostnuta b' success, il-kreditur jitpogga fl-istess kondizzjoni li kien fiha qabel ma kien sehh l-att frawdolenti ghad-dannu tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info