Referenza: 2128/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/10/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CUSCHIERI NOEL
Partijiet
SOLER JOHN ET vs GOVE CLAIRE U FOGG INSURANCE AGENCIES LI B'DIGRIET TAL-11 TA' MARZU 1999 GIET INTERVENUTA FIL-KAWZA GHAN-NOM U IN RAPPREZENTANZA TAS-SOCJETA ESTERA AVON INSURANCE PLC
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, DISKREZZJONI TAL-QORTI FL-APPLIKAZZJONI TAL-METODU ADOTTAT F`BUTLER V. HEARD - DANNI, META D-DANNEGGJAT JIBQA` FL-ISTESS XOGHOL MINKEJJA D-DIZABILITA` LI JKUN SOFRA - DANNI, MULTIPLIER - DANNI, MULTIPLIER - WORKING LIFE EXPECTANCY GHANDU DEJJEM JITNAQQAS SABIEX JAGHMEL TAJJEB GHAC-C CHANGES AND CHANCES OF LIFE - DANNI, TNAQQIS GHAL LUMP SUM PAYMENT - KOLLIZJONI, DOVERI TA` UTENT TA` TRIQ PRINCIPALI - KOLLIZJONI, DOVERI TA` UTENT TA` TRIQ SEKONDARJA - KOLLIZJONI, PROCEDURA LI TRID TIGI SEGWITA MINN UTENT TA` TRIQ SEKONDARJA WAQT LI JKUN HIEREG GHAL FUQ TRIQ PRINCIPALI - KOLLIZJONI, PROPER LOOKOUT
Fil-Qosor
Is-sewwieq gej minn triq sekondarja u li ser jidhol go triq principali, qabel ma jghamel il-manuvratieghu ta' inserzjoni, ghandu jesplora tajjeb u b' mod diligenti it-triq principali u ghandu jinserixxi ruhu fiha unikament meta jkun cert li jista' jghamel din il-manuvra minghajr riskju u perikolu.Ghandu jaccerta ruhu li jibda, jkompli u jittermina din il-manuvra minghajr perikolu u xkiel ghat-traffiku li jista' jkun ghaddej mit-triq principali kemm fuq il-first lane kif ukoll fuq is-second lane. Aktar ma tkun popolari u traffikuza din it-triq akbar ikun l-oneru u l-grad ta' attenzjoni li ghandu jezercita s-sewwieq awtur tal-manuvra.

Is-sewwieq tas-side road "ghandu d-dritt li jaqsam il-main road meta bid-debita prudenza jkun accerta ruhu li din hi libera". Huwa ghandu "l-obbliguassolut li, x' hin japprossima l-crocevia, jesploraha bl-akbar attenzjoni qabel ma jiddeciedi li jittraversaha". "Ghandu jidhol fil-main road meta din tkun talment libera li jista' jghaddi ghal go fiha bla ma jiehu riskju li driver prudenti m' ghandux jiehu". Is-side road user li jrid jidhol fil-main road ghandu qabel ma jidhol fiha jimxi dead slow li sahansitra jieqaf sakemm jaccerta ruhu li jista' johrog bla hsara.

Principju legali relatat, anzi inerenti ghall-premess, hu dak li jimponi fuq kull sewwieq l-obbligu li fis-sewqan tieghu jzomm a proper look out. Dan l-obbligu huwa korollari ghal-princiju li sewwieq ghandu l-oneru li fis-sewqan tieghu juza dik id-diligenza mistennijaminn bonus pater familias u li hija ragjonevoli tenut kont tac-cirkotanzi: bhal ma huma l-konfigurazzjoni tat-triq, il-frekwezna tat-traffiku fit-triq principali, id-dawl, il-vizwali u cirkostanzi partikolari ohra li jistghu jirrikjedu grad ta' attenzjoni gholi mis-sewwieq li jrid jinserixxi ruhu gomain road. "Side road user [ghandu]'a higher duty' li jespolra l-main road, u jesploraha tajjeb f'sens li jara dak li kien vizibbli".

"Tnejn huma l-principji generalment akkolti fid-duttrinau fil-gurisprudenza estera u lokali, in materja ta' incident ta' traffiku stradali, li ghandhom jirregolaw l-investiment ta' vetturi, jigifieri: (a) hu obbligu ta' kull sewwieq li jirregola s-sewqan skond il-kondizzjonijiet u c-cirkostanzi bhala ma huma l-hin ta' bil-lejl, il-vizwali ostakolata bid-dlam u bix-xita, il-piz tal-vettura, l-istat tal-art u cirkostanzi ohra kontingenti, u (b) hu d-dmirta' sewwieq li jzomm dak li komunament tissejjah a reasonable look out, liema dmir igib mieghu li s-sewwieq jara dak li jkun ragjonevolment vizibbli.." Reasonable look out ifisser id-dmir li s-sewwieq jara dak li jkun ragjonevolment vizibbli jew ahjar in plain view . "The duty to look implies theduty to see what is in plain view".

Jekk sewwieq isostni li ma rax il-vettura l-ohra gejja, "din hi auto inkolpazzjoni, ghaliex jekk seta' (kif ic-cirkostanzi stradali juru li seta') u kien imissu rah, u ma rahx, sinjal li ma kienx qieghed attent kif kellu jkun jekk ried izomm a proper look out".

Il-ligi ma taghtix indenniz ghall-inkapacita' ut sic imma ghal inkapacita' in kwantu dintirrifletti telf ta' qligh - telf patrimonjali. Dan it-telf ta' qligh ghandu jikkomprendi wkoll il-potenzjal tal-vittma li jaqla' introitu fil-futur. Il-fatt li persuna dizabbilitata tkun qed tahdem wara l-incident, anke jekk qeda taqla' izjed minn qabel, ma jfissirx li hija ma setghetx issib opportunitajiet ahjar ta' xoghol kieku ma korrietx. Id-dizabilita' necessarjament timplika nuqqas fil-persuna, fil-potenzjal taghha ghax-xoghol, mhux biss mal-employer prezenti izda wkoll ma terzi jew anke jekk tadhem ghal rasha. Konsegwentement il-gurisprudenza lokali stabbiliet li l-kriterju li ghandu jifforma l-bazi tal-multiplier, mhuwiex il-life expectancy tad-danneggjat, imma hija l-aspettativa lavorattiva tieghu li llum il-gurnata, hu rikonoxxut, tista', u probabbli tissupera, l-eta' pensjonabbli; minghajr pero' ma jigi injorat il-fattur l-iehor tac-chances and changes of life li jimponi certu elasticita' ta' kriterju stante li jirrendi l-pronuncjament tal-Qorti bhala wiehed ta' probabilita'. Ghalkemm fil-likwidazzjoni tal-kumpens il-Qorti ghandha timxi fuq kriterji kemm jista' jkun konkreti u mhux semplicement kongetturali, "huwa minnu li l-ezercizju tal-likwidazzjoni u ghoti ta' kumpnes jiddependi minn estimi u pronostici li dwarhom hadd ma jista' jkun cert mija fil-mija sewwasew ghaliex wiehed irid jipprova jaqta' x' sejjer jigri jew x' jista' jkun probabbli li jsehh fil-gejjini".

Izda, rigward il-komputazzjoni tal-quantum ta' dan l-aspett tad-danni, jibqa' dejjem validu, fuq livell ta' principju, dak li osservat din il-Qorti diversament presjeduta u cioe' li "din il-materja m'ghandhiex tkun soggetta ghal xi regola rigida, izda ghandha tithalla fid-diskrezzjoni tal-gudikant li jghamel estimu ekwitativ, fic-cirkostanzi tal-kaz, avut rigward ghan-natura tal-menomazzjoni fisika jew intelletwali u l-kondizzjoni tal-parti lesa, kriterji imsemmija fil-ligi stess; u jasal ghal ammont xieraq ghall-kaz b' apprezzament realistiku li jirrikoncilja z-zewg interessi konfliggenti billi lid-danneggjat jinghata il-kumpens li jisthoqqlu minghajr mad-debitur jigi aggravat izzejjed. L-aqwa kriterju jibqa' s-sens ta' proporzjon u ta' ekwita' tal-gudikant fic-cirkostanzi partikolari tal-kaz"

Fil-kalkolu tal-multiplier wiehed irid jiehu in konsiderazzjoni, mhux il-life expectancy tad-decujus, izda l-hajja lavorativa tieghu, in-natura u s-sahha tieghu - li tista' tvarja minn bniedem ghal bniedem minhahha dawk ic-cirkostanzi li jissejhu the chances and changes of life. Wiehed irid jezamina l-earning capacity tal-individwu, avut rigward tal-mard kif kontrobilanjat mill-istat ta' sahha tad-disgrazjat.. Illi ghalhekk il-multiplier m' ghandux ikun bazat fuq l-aspettattiva tal-hajja in generali tad-danneggjant, izda fuq l-aspettativa lavorativa tieghu ughandu jiehu in konsiderazzjoni tac-chances and changes of life. "The multiplier is not the product of precise calculation, but of estimation in the light of the facts of the particular case and ofother comparable cases." Izda l-bazi tal-multiplier ghandu jibqa' l-eta' tad-danneggjat dak in-nhartal-incident, u mhux fiz-zmien tal-likwidazzjon tad-danni mill-Qorti, ghar-raguni li l-Qorti ghandhatfittex li tqieghed lid-danneggjat kemm jista' jkun fl-istat li kien qabel l-incident.

Fil-kaz in disamina tenut kont tal-fatt li fiz-zmien tal-incident l-attur kellu 57 sena, il-Qorti applikat multiplier ta' 5 snin.

Ir-ratio tar-riduzzjoni ghal lump sum payment hija l-pagament anticipat tal-kapital. Dan il-bazi legali jibda jiddghajjef progressivament mat-trapass taz-zmien bejnid-data ta' l-incident u d-data tas-sentenza, fis-sens li aktar ma jkun twil dan il-perijodu, aktartonqos ir-raguni ghal tali deduzzjoni. "Jekk xejn ghaliex it-trapass taz-zmien ma [ghandux] jmmilitafavur il-persuna tenuta responsabbli ghall-incident kontra l-vittma li sofriet d-danni"

F'dan il-kaz, tenut kont tal-fatt li l-incident kien ghal-Jannar 1997, u tenut ukoll kont tal-fatt lic-citazzjoni giet prezentata f' Ottubru 1998, il-Qorti iddipartiet mill-persentagg soltu moghti ta'20% u, minflok, iffissat r-riduzzjoni, f' kaz ta' hlas f' pagament wiehed f' salt fil-percentagg ta' tmienja fil-mija [8%].




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni