Reference: 691/1999/1

Judgement Details


Date
10/10/2003
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
BEZZINA WETTINGER FRANCIS ET vs KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI - META L-PROCEDURA DDUM NUMRU TA` SNIN BIEX TINTEMM - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI GHAL SKOPIJIET PUBBLICI - PRINCIPJI REGOLATURI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, LIMITAZZJONIJIET TAL-UZU TA` PROPRJETA` - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, META INTERESS LI FUQ TKUN SARET ESPROPRJAZZJONI PUBBLIKU MA JIBQAX ISEHH - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, VJOLAZZJONIJIET QABEL ID-DHUL FIS-SEHH TAL-KONVENZJONI F`MALTA - ESPROPRJAZZJONI, EFFETTI TAD-DIKJARAZZJONI TAL-PRESIDENT TA` MALTA FIL-GAZZETTA TAL-GVERN
Summary
L-Artikolu 7 ta' l-Att XIV ta' l-1987 jistabilixxi li ebda ksur tad-drittijiet tal-bniedem u libertajiet fondamentali imwettaq qabel it-30 ta' April 1987 ma jaghti lok ghat-tehid ta' azzjoni taht l-Artikolu 4 ta' dak l-Att.

Il-process ta' l-esproprjazzjoni jigi avvjat bid-dikjarazzjoni relattiva fil-Gazzetta tal-Gvern u ma jitqiesx bhala xi att istantaneju, izda huwa wiehed kontinwat sakemmjintemm meta jsir il-kuntratt definittiv tat-trasferiment ta' l-art lill-Gvern. Ghalhekk ma jkunx jista' jinghad li ghaliex id-dikjarazzjoni presidenzjali tkun saret qabel l-imsemmija datata izda mbaghad il-process ta' l-esproprju ma jkun xgie mitmum l-Att XIV ta' l-1987 jigi eskluz.

Ma jista' jkun hemm l-ebda dubju illi d-dritt tal-proprjeta' fuq l-art jibqa' tas-sid sakemm effettivamentjigi pubblikat l-att definittiv li bih din tigi legalment trasferita mill-Gvern. Id-dikjarazzjoni presidenzjali timporta biss allura restrizzjoni, anke jekk assoluta, fuq l-uzu tal-proprjeta' minn sidha, u tinvesti lill-Istat bid-dritt li jaghmel uzu mill-istess proprjeta' ad eskluzzjoni ta' sidha jew ta' terzi persuni. Ma hemm allura xejn istantaneju fid-dikjarazzjoni presidenzjali. Ghall-kuntrarju hi dikjarazzjoni li bl-ebda mod ma tippriva lill-proprjetarju mid-dritt u mit-titolu li kellu fuql-art. Tillimitalu biss l-uzu taghha. Limitazzjoni li l-Istat jista', meta u x'hin irid, inehhi.

L-utilita` pubblika trid tirrizulta pozittivament lill-Qorti. Fi kliem iehor
ma tistax tithalla fuq il-mera ipotesi ta' bzonn potenzjali, kif lanqas hu lecitu illi l-istat jibqa' jippriva individwu mit-tgawdija tal-possedimenti tieghu, meta l-uzu fl-interess pubbliku jew fl-interess generali, li kien originarjament jissussisti ma jibqax ghal xi raguni jew ohra mehtieg.

Kien l-istatli kellu jaghmel il-prova, mhux biss illi kien hemm konkretament il-htiega ta' l-uzu tal-proprjeta`fl-interess pubbliku jew fl-interess generali, imma wkoll li dak il-bzonn jibqa' jissussisti sal-mument meta l-art tkun ghaddiet definittivament f'idejn l-istat bit-temm tal-proceduri ta' esproprijazzjoni.

Id-Dikjarazzjoni Presidenzjali hija biss parti mill-process ta' esproprijazzjoni. Process li kellu jintemm meta jsir il-kuntratt definittiv tat-trasferiment ta' l-art lill-Gvern. Isegwi allura li l-interess pubbliku kellu jibqa' jissussisti sa dakinhar li jigi ppubblikat dak il-kuntratt.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info