Reference: 248/1999/2

Judgement Details


Date
10/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
GAUCI CHARLES MICHAEL vs VELLA ALFRED PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI, APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - RITRATTAZZJONI, DISPOSIZZJONIJIET KONTRA XULXIN - RITRATTAZZJONI, RIMEDJU STRAORDINARJU - RITRATTAZZJONI, ZBALL LI JIDHER MILL-ATTI TAL-KAWZA
Summary
Il-gurisprudenza taghna dejjem ghallmet li r-rimedju tar-ritrattazzjoni huwa wiehed straordinarju inkwantu jikkostitwixxi deroga ghall-principju fondamentali li l-gudikat jikkostiwixxi l-ligi bejn il-kontendenti u dan indipendentement mill-fatt jekk dak il-gudikat jirrispekkjax kompletament il-verita` jew il-gustizzja. Ir-Rumani kienu jesprimu dan il-kuncett bil-massma res iudicata pro veritate habetur. Minn dan titnissel il-konsegwenza taghha li r-regoli li jirregolaw dan l-istitut tar-ritrattazzjoni huma ta' interpretazzjoni strettissima. Diversament, taht il-pretest tar-ritrattazzjoni il-litigant sokkombent ikun jista' jerga' jiftah il-kawza u b'hekk indirettament johloq ghalih tribunal tat-tielet istanza li mhux permess mil-ligi.

Ikun hemm lok ghal ritrattazzjoni a tenur tas-subinciz (e) ta' l-Artikolu 811 jekk, fuq dawk il-fatti kif jirrizultaw ippruvati, ikun jidher li l-Qorti applikat disposizzjoni tal-ligi flok ohra li kellha proprjament tigi applikata. Biex jigi deciz jekk kienx hemm applikazzjoni hazina tal-ligi il-fatti tal-kawza ma jistghux jigu ezaminati mill-gdid u ferm u ferm anqas ma jistghu dawn il-fatti jigu valutati jew interpretati mill-gdid fil-korstal-procedura tar-ritrattazzjoni.

Gie kostantement ritenut fil-gurisprudenza - u dan johrog ukoll direttament mil-ligi - illi biex jigi deciz jekk kien hemm interpretazzjoni hazina tal-ligi, wiehed ma jistax jezamina mill-gdid il-fatti tal kawza jew jerga' jinterpretahom.

Sabiex "fis-sentenza jkun hemm disposizzjonijiet kontra xulxin" ai termini ta' l-Artikolu 811(i) tal-Kap. 12 talikontradizzjoni trid tirrizulta pero` fid-dispozittiv tas-sentenza u mhux fil-konsiderazzjonijiet, anke jekk dawn ta' l-ahhar jistghu jkunu rilevanti biex jitfghu dawl u jidentifikaw tali kontradizzjoni.

Sabiex tintalab ritrattazzjoni ta' kawzafuq il-bazi li "s-sentenza kienet l-effett ta' zball li jidher mill-atti mid-dokumenti tal-kawza" ai termini ta' l-Artikolu 811(l) tal-Kap. 12 jitqies li hemm dak l-izball, fil-kaz biss li d-decizjoni tkun ibbazata fuq is-supposizzjoni ta' xi fatt,li l-verita` tieghu tkun bla ebda dubju eskluza, jew fuq is-supposizzjoni li ma jezistix xi fatt, lil-verita` tieghu tkun stabbilita pozittivament, basta li, fil-kaz-il wiehed u l-iehor, il-fatt ma jkunx punt ikkontestat illi jkun gie deciz bis-sentenza.

Jekk l-izball akkampat bhala motiv ghar-ritrattazzjoni kien punt ta' kontestazzjoni li gie maqtugh bid-decizjoni impunjata, mhix ammessaritrattazzjoni fuq il-motiv ta' dak l-izball, u l-apprezzament u l-interpretazzjoni tal-fatti ma humiex sindakabbli, u ma jaghtux lok ghar-rimedju legali tar-ritrattazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info