Reference: 729/1993/1

Judgement Details


Date
10/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
SCIBERRAS VITTORIA ET vs GAUCI ADELAIDE SISTER NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
PROVA, PRODUZZJONI TA` DOKUMENTI FL-ISTADJU TA` L-APPELL
Summary
Il-kwistjoni dwar produzzjoni ta' dokumenti godda fl-istadju tal-appell hija regolata bl-artikoli 145 u 150 tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili.

L-Artikolu 145 jipprovdi li "Mar-rikors, mat-twegiba u mar-replika, ghandhom jingiebu d-dokumenti li jkunu jsahhu t-talbiet tal-wiehed jew l-eccezzjonijiet ta' l-iehor." Dan l-Artikolu donnu jaghti liberta assoluta lill-partijiet li, fi stadju tal-appell, jipprezentaw kwalunkwe dokument purche` li dan jkun marbut ma' u jkollu rilevanza ghat-talbiet jew l-eccezzjonijiet. Jidher li b'dan l-Artikolu d-diskrezzjoni tal-Qorti li tirregola l-provi hija mwarba u sahansitra r-regola enuncjata fis-subinciz (2) ta' l-Artikolu 206 li jghid li "Wara l-eghluq tas-smigh tal-kawza, ma jistghux jingiebu provi ohra, hlief ghal raguni tajba ubil-permess tal-qorti." hija reza bla ebda effett.

L-awtorita` koncessa lill-partijiet bl-artikolu fuq imsemmi tikkuntrasta b'mod lampanti ma' dak li jipprovdi l-Artikolu 150 tal-Kap 12 fejnil-ligi titkellem dwar kif u meta jistghu jigu pprezentati dokumenti, dejjem fl-istadju tal-appell,meta dawn ma jkunux ingiebu l-quddiem kif jipprovdi l-Artikolu 145 fuq citat. Infatti l-Artikolu 150jipprovdi regoli stretti li jridu jkunu sodisfatti qabel tali dokument ikun jista` jigi pprezentat.Naraw, per ezempju, li l-esibizzjoni ta' tali dokument huwa permess meta, ghad li wiehed ikun ghamel hiltu, ma setghax ikollu d-dokument qabel il-prezentata ta' l-att li mieghu kien imissu jingieb; jew meta l-qorti tkun sodisfatta mill-htiega jew mill-utilita` li jkollha d-dokument quddiemha; jew meta l-parti kuntrarja taghti l-kunsens taghha; jew meta tingieb prova guramentata li l-parti li tridtesebixxi dak id-dokument ma kinitx taf bih qabel u kazi simili.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info