Reference: 156/1998/1

Judgement Details


Date
10/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
CAMILLERI GINO
Parties
GATT MICHAEL vs CAMILLERI JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BORD LI JIRREGOLA L-KERA - KAP 69; ARTIKOLU 9 (B) - RIPRESA TAL-PUSSESS TA FOND
Summary
F'din is-sentenza, il-Bord li Jirregola l-Kera cahad it-talba tar-rikorrent appellant fuq il-kawzalikollha. Ir-rikorrenti bbaza t-talba tieghu ghar-ripresa tal-pussess tal-fond, 3 Gate Street gia Ditch Street Fgura, fuq zewg kawzali. L-ewwel li l-intimat appellat mhux qed jaghmel uzu kostanti mill-fond mikri lilu u in effetti ghandu abitazzjoni alternattiva. Fit-tieni lok r-rikorrenti ssottomettali huwa jehtieg li jirriprendi pussess tal-fond ghall-uzu tieghu u tal-familja tieghu.

Ir-rikorrenti qed jappella minn din is-sentenza u qed jitlob li dina l-Qorti tirrevoka l-imsemmija decizjoni tal-Bord li Jirregola l-Kera u dana billi invece jigu akkolti t-talbiet kollha tieghu. L-aggravju tar-rikorrenti appellant jikkonsisti essenzjalment fil-fatt illi l-Bord ma ezaminax akkuratamentil-provi u naqas li jikkonsidra certi aspetti legali tal-materja in kwestjoni.

Hu ormai pacifiku li Qorti ta' Revizjoni ma tiddisturbax l-apprezzament tal-provi u ta' fatt li tkun ghamlet l-Ewwel Qorti. Tali apprezzament isir mill-gdid biss jekk jirrizultaw ragunijiet validi u gravi. Fil-kazin esami ma jirrizultawx tali raguinijiet.

In vista ta' dan kollu sewwa ghamel il-Bord li cahad it-talba ghar-ripresa tal-fond kif ibbazata fuq l-ewwel kawzali u cioe li l-intimat mhuxqed jaghmel uzu kostanti mill-fond mikri lilu u in effetti ghandu abitazzjoni alternattiva. Lanqasma jista' jinghad li l-intimat ghandu akkomodazzjoni alternattiva. Il-fatt li martu qed toqod f'postiehor ma jfissirx li awtomatikament hemm ghad-disposizzjoni tal-intimat fond iehor fejn huwa jista'jabita. Inoltre, l-fatt li l-mara tal-intimat qed tghix ma ommha minhabba ragunijiet specifici tista' tkun xi haga temporanea.

Ghar-rigward tat-tieni kawzali tar-rikorrenti, u cioe' li huwa jehtieg li jirriprendi pussess tal-fond ghall-uzu tieghu u tal-familja tieghu, ghandu jigi ribadit lima jirrizultax li l-intimat ghandu a disposizzjoni tieghu fond alternattiv fejn jista jmur jabita.

L-artikolu 9(b) tal-Kapitolu 69 tal-Ligijiet ta' Malta jipprovdi li sid ta' fond ta' abitazzjoni jista' jigi awtorizzat jirriprendi l-pussess ta' fond mikri jekk huwa jkun irid il-fond ghalih innifsu jew ghall-familja tieghu. Skont l-istess provedimenti, f'dan il-kaz il-Bord li Jirregola l-Kera ghandu jkun sodisfatt illi l-kerrej jista' isib dar ohra, li tkun tghodd ghalih u ghall-familja tieghu, fejn ikun jista' imur joqod. L-istess artikolu jkompli jipprovdi li l-fatt per se li l-kerrejjista' isib dar ohra fejn joqod ma jgibx li awtomatikament l-istess Bord ghandu jghati l-permess ghall-ripresa tal-fond izda l-istess Bord ghandu jidhol fil-kwestjoni ta' min, jew is-sid jew il-kerrej, ser ibati l-akbar aggravju jew “hardship” skont jekk it-talba ghar-ripresa tigix akkolta jew le.

Meta t-talba hi bbazata fuq il-bzonn, il-Bord ghandu l-ewwel jistabilixxi l-bzonn tar-rikorrenti u sussegwentement jistabilixxi jekk il-kerrej jistax isib fond iehor fejn jmur jabita. Wara li jigi stabbilit li l-inkwilin ghandu fond alternattiv fejn jista jmur jabita, l-Bord ghandu jidhol fl-imsemmija kwestjoni tal-aggravju jew tal-“hardship”.

Fis-sentenza in kwestjoni, l-Bord sewwastabilixxa li l-intimat m'ghandux a disposizzjoni tieghu fond iehor alternativ. Wara, dan il-Bord dahal ukoll fil-kwestjoni tal-aggravju u kkonkluda din il-kwestjoni skont ir-risultanzi u c-cirkostanzi kollha partikolari tal-kaz. Fid-dawl ta' dan kollu ma jirrizulta xejn li ghandu jigi varjat fis-sentenza appellata.

Din l-Onorabbli Qorti tal-Appell tichad l-appell interpost mir-rikorrenti u tikkonferma in toto s-sentenza appellata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info