Reference: 1275/1991/1

Judgement Details


Date
03/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GALEA ANGELO ET vs PISCOPO SILVIO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, KOMPUTAZZJONI TRID TKUN MARBUTA MAR-REALTA` TAL-HAJJA - DANNI, LOCUS STANDI TAL-WERRIETA TA` PERSUNA LI TKUN MIETET F`INCIDENT - DANNI, MULTIPLIER - WORKING LIFE EXPECTANCY GHANDU DEJJEM JITNAQQAS SABIEX JAGHMEL TAJJEB GHAC-C CHANGES AND CHANCES OF LIFE - DANNI, PRINCIPJU TA` DEPENDENCY - DANNI, PRINCIPJU TA` OWN CONSUMPTION - DANNI, TNAQQIS GHAL LUMP SUM PAYMENT
Summary
L-aspett generiku tal-"htija" dezinjat fid-disposizzjonijiet relattivi taht il-Kodici Civili certament jakkordaw riflessjoni fuq din il-materja fl-elementi kollha taghha; kompriz allura l-kwestjoni tal-kontributorjeta`.

Il-principju konformement akkolt mill-Qrati taghna hu fis-sens illi "l-kwistjoni jekk kienx hemm contributory negligence miz-zewg nahiet ma tistax tigi deciza fuq supposti principji aprijoristici jew regoli legali fissi, izda skond principji tas-sens komun.

Il-principju f'azzjoni ghad-danni intentata mill-werrieta ta' persuna li tkun mietet f'incident tat-traffikuhu li l-patrimonju tal-vittma ghandu, jigi, jekk jista' jkun, interament re-integrat, b' mod li l-eredi tal-mejjet jitqeghdu kemm jista' jkun fl-istess posizzjoni li fiha kienu jkunu kieku d-disgrazzja ma gratx.

Hemm gurisprudenza li ssostni li l-azzjoni tas-superstiti hi "ex jure proprio".

Dik il-gurisprudenza irriteniet li l-fatt li l-legislatur uza l-kelma "eredi" mhix per se konklussiva li l-azzjoni hi moghtija 'jure haereditatis' ghax biex azzjoni tkun tali qabel xejn tkun tirrigwarda xi beni li kien ga fil-patrimonju tad-decujus qabel ma miet ... ghalhekk l-interpretazzjoni li trid tinghata lill-Artikolu 1046 mhix dik li l-eredi fih imsemmija huma vestiti b' dik l-azzjoni bhala dritt lilhom trafuz mill-vittma, izda inveci li, ghalkemm huma jikkonsegwixxu dak id-drittminhabba l-mewt tieghu, dan isir ope legis u bhala dritt proprio taghhom, li hu koncett sostanzjalment differenti, u ghalhekk mhuwiex dritt recepit mill-massa ereditarja, ghax hawn mhux qed nitkellmuizjed fuq it-trasmissjoni ordinarja lill-eredi tieghu tad-drittijiet minnu akkwistati waqt hajtu taht l-Artikolu 1088 (Artikolu 1045) u li ma kellux zmien jesperixxi ghalih innifsu sakemm miet, izda fuq ordni iehor ta' ideat.

L-interpretazzjoni li trid tinghata lill-imsemmi Artikolu 1046 mhixdik ta' konferiment ta' drittijiet successorji. Dan il-ligi tipprovdi ghalih f' disposizzjonijietpartikulari taht istituti ohra. Il-fatt li l-legislatur taghna ikkolloka d-disposizzjoni taht l-istitut tad-Delitti u tal-Kwazi-Delitti, liema disposizzjoni jidher li hi wahda partikulari ghas-sistema tal-ligi taghna, kien mahsub u ntiz biss bl-iskop li jaghti lill-"werrieta" l-istess dritt li kienjigi moghti lid-danneggjat, kieku flok miet, dan gie permanentement inkapacitat. L-azzjoni ta' l-atturi allura qed tigi esperita minnhom in forza ta' dan id-dritt guridiku moghti mil-ligi u mhux b'kawza ta' xi trasmissjoni ope successionis;

Anke fis-sitwazzjoni hemm prevvista fl-artikolu citat l-atturi huma akkordati danni bhal fil-kaz ta' inkapacita` totali ghal dejjem. Dan huwa hekk logiku mill-kombinazzjoni flimkien ta' l-Artikoli 1045 u 1046;

L-indennizz li l-ligi takkordahu lill-werrieta u mhux lid-dipendenti tal-mejjet.

Ghalhekk, mhux mehtieg li jigi provat illil-mejjet kien jaqla' l-flus fl-imghoddi jew li kien jikkontribwixxi ghas-sussistenza taghhom. Anqas id-dipendenza futura m'hi, fil-ligi taghna, kondizzjoni precedenti u essenzjali ghall-ghoti ta' dak l-indennizz.

Il-prattici ta' detrazzjoni ghall-"own consumption" u "grad ta' dipendenza" majsibu l-ebda gustifikazzjoni skond il-vot tal-ligi.

Altrimenti jibqa' jkollna s-sitwazzjoniassurda, u mhux aktar tenibbli, illi l-mewt, rizultat ta' fatt illecitu, tkompli tiswa' anqas minn semplici menomazzjoni fizio-psikika konsegwenti mill-istess fatt.

L-argoment ghar-ritenzjoni ta' dawn id-detrazzjonijiet ghandu korrispondentement igib mieghu, b' argoment iehor, l-introduzzjonita' konsiderazzjonijiet addizzjonali fil-likwidazzjoni tad-danni. Il-mistoqsija li tinsorgi hi din: ghaliex allura ma ghandhomx jitqiesu wkoll id-danni konsegwenzjali provanti dik l-interdipendenzabejn l-offiza u l-konsegwenzi taghha fuq il-"werrieta" jew dawk non-patrimonjali provokati mit-turbament u l-iskwilibriju li l-mewt, u l-aktar dik tragika u hesrem, iggib lill-komponenti familjari. Dan mhux biss u necessarjament mill-perspettiva tar-rapport affettiv mal-mejjet, izda wkoll meqjus fil-kwadru guridiku li, f' dan l-istess rapport, jikkreja dawk id-drittijiet u doveri sanciti mil-ligi. Certament, in-nukleju familjari ser ikun tilef l-appogg immedjat - u dan, s' intendi, japplika wkoll ghall-futur - ta' wiehed mill-komponenti tieghu. Tali appogg, anke jekk mhux wiehed ekonomiku,jista' pero` jissaraf f' telf ekonomiku fil-futur ghall-familjari jekk, per ezempju, l-genituri jewl-ahwa jkunu jenhtiegu l-assistenza ta' persuni estranei biex jghinuhom. Assistenza li setghet tigi prestata lilhom mid-decujus;

Il-kwestjonijiet kollegati mal-mewt improvviza b' rizultat ta'att lesiv huma kumplessi u ghalhekk jibqa' dejjem difficli x' ghandu jigi nkluz fil-, jew eskluz mil-, likwidazzjoni tar-rizarciment tad-danni provokati mit-terz. Jibqa' l-fatt li min irid jiggudikajrid isegwi d-dettam tal-ligi kif redatt fid-disposizzjonijiet relattivi, kif gja fuq spjegat;

Naturalment f' kazijiet ta' din ix-xorta, bl-ghoti tad-diskrezzjoni affidata lill-Qorti, il-mizura tal-kumpens ghandha tigi rigwardata fil-konsiderazzjonijiet generali tal-likwidazzjoni ta' l-ammont. Dan pero` rrispettivament minn kull teoretika dwar id-"degree of dependence" u "own consumption".

Ghall-finijiet ta' multipliet, xi decizjonijiet akkordaw terminu li jestendi sa l-eta` pensjonabbli. Madanakollu wiehed irid iqis ic-"chances and changes of life".

Fir-rigward tat-tnaqqis ghal-lump sum payment anki jekk kien hemm sentenzi speci, fejn il-percentwali ta' 20% giet ridotta b' rata ta' tnejn fil-mija (2%) ghal kull sena mid-data ta' l-incident sal-finalizzazzjoni tal-kawza, hawnhekk il-Qorti irriteniet li riduzzjoni xierqa u gusta ta' din l-istess percentwali kellha tkun ta' ghaxra fil-mija (10%) minkejja li kienu ghaddew tnax-il sena mid-data ta' l-incident;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info