Referenza: 1774/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/10/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
DEMARCO ANGELA vs DEMARCO DAVID ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, ANNULLAMENT MA JISTA` QATT IKUN RELATTIV - ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, ANNULLAMENT TA` ATT IMWETTAQ MINGHAJR IL-KUNSENS MEHTIEG - ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, EFFETT TA` ANNULLAMENT TA` ATT IMWETTAQ MINGHAJR IL-KUNSENS MEHTIEG - ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, GARANZIJA - GARANZIJA, ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, L-GHOTI GARANZIJA HUWA ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, THASSIR TA` ATTI LI JEHTIEGU L-KUNSENS TAZ-ZEWG PARTIJIET MIZZEWGA IZDA LI JITWETTQU MINN PARTI WAHDA MINGHAJR IL-KUNSENS TAL-PARTI L-OHRA
Fil-Qosor
Skond l-artikolu 1322 (3) (h) tal-Kodici Civili, il-kuntratt ghal xi garanzija gie dikjarat li hu att ta' amministrazzjoni straordinarja, u skond l-artikolu 1322 (2) il-jedd li jitwettaq att simili "imissu liz-zewg mizzewgin flimkien". Peress li l-attrici ma tatx il-kunsens taghha ghat-twettiq ta' dak il-ftehim, hi qed titlob l-annullament tieghu a tenur tal-artikolu 1326 tal-istess Kodici Civili.

L-artikolu 1326 tal-Kodici Civili jaghti l-fakolta' lil dik il-konsorti li ma tkunx tat il-kunsens taghha ghall-att straordinarju li jannulla dak l-att kemm-il darba dak l-att ikun dwar it-trasferiment jew il-holqien ta' jedd reali jew personali fuq proprjeta' immobbli; meta dak l-att ikun dwar propjeta' mobbli, dan jista' jkun annullat biss meta l-jeddijiet fuqhom ikunu nghataw b'titolugratuitu.

Garanzija personali tolqot kemm proprieta' immobiljara, kif ukoll proprieta' mobbli, u dan peress li garanzija personali tfisser li d-debitur ikun dahal responsabbli ghad-dejn bil-gidkollu tieghu, prezenti u futuri, kemm mobbili kif ukoll immobbli. In kwantu l-garanzija tista' taffettwa l-proprieta' mobbli, ma jidhirx li l-garanti ffirma dik il-garanzija versu korrispettiv, u anke fid-dawl ta' dak li se jinghad aktar 'l quddiem dwar il-mestjer tal-konvenut firmatarju, jidher lil-assunzjoni saret b'titolu gratuitu.

Darba li rrizulta li l-garanzija personali, li hi attstraordinarju b'disposizzjoni espressa tal-ligi, giet assunta mir-ragel minghajr kunsens jew firma tal-mara, allura jidher li l-attrici ghandha tirnexxi fl-azzjoni taghha.

Madanakollu, anki fejn tali azzjoni tkun sostnuta l-att ta' amministrazzjoni straordinarju ma jorbotx il-komunjoni tal-akkwisti ezistenti, izda jibqa' jorbot il-proprieta' parafernali.

Qabel ma dahlu fis-sehh l-emendi ghall-ligi tal-komunjoni tal-akkwisti bl-att XII tal-1993, l-amministrazzjoni tal-komunjoni kienet fdata esklussivament lir-ragel, tant li gie kemm-il darba deskritt bhala "kap u padrun" tal-istess komunjoni tal-akkwisti. Il-mara kellha sehem fil-komunjoni, izda dan is-sehem kien wiehed potenzjali, tant li kien jinghad li "uxar non est socia sed speratur fare". Kien hemm, fis-sens legali, konfuzjoni bejn il-proprieta' parafernali tar-ragel u l-assi tal-komunjoni, b'mod li, ghall-terz, dawnkienu proprieta' wahda u ma kienet issir ebda distinzjoni bejn il-gid personali tar-ragel u l-proprieta' tal-komunjoni. Kien jinghad li "maritus vivit ut dominus, moritur ut socius", u r-ragel gie ordinarjament deskritt bhala l-proprjetarju tal-assi tal-komunjoni, b'mod li l-mara jew l-eredi taghhajkunu jistghu jirreklamaw is-sehem taghha biss meta jinhall iz-zwieg.

L-emendi introdotti bl-Att XII tal-1993 kisru dan il-principju ta' unita' fil-persuna tar-ragel, u l-komunjoni tal-akkwisti ghandu, illum, sa mill-bidu tal-ghaqda fi zwieg taht dak ir-regim, ezistenza indipendenti u awtonoma mill-assi partikolari tal-konsorti. Kemm ir-ragel kif ukoll il-mara, wara z-zwieg, jibqghu jzommu kontroll personali fuq il-proprieta' parafernali taghhom, u jibqalghom il-jedd li jamministraw dikil-proprieta' indipendenti minn xulxin. X'jaghmel konsorti mill-assi personali tieghu ma jinteressax lill-konsorti l-ohra, u ghalkemm il-frutti ta' dawk il-beni parafernali jidhlu fil-komunjoni, x'isir minn dawk il-beni u kif u fejn jigu nvestiti jiddeciedi l-konsorti proprietarju wahdu.

Kwindi, ir-ragel u l-mara mhux eskluzi milli jidhlu f'negozju u jintrabtu personalment, ghax huma zammew il-personalita' guridika taghhom indipendenti minn dik il-komunjoni. Kwindi ma jistax jigi eskluzli kull konsorti li agixxa f'ismu jkun qed jorbot biss lilu nnifsu. Infatti, l-artikolu 1328 jiddistingwi bejn djun parafernali u dawk tal-komunjoni u jghid li ceteris paribus il-kredituri tal-ahharjigu qabel dawk ta' l-ewwel, imma djun parafernali, mahluqa mill-konsorti li jagixxi wahdu, jistghujinholqu anke wara z-zwieg (ara artikolu 1329) u huma validi.

L-artikolu 1321 (1) tal-KodiciCivili jghid li l-beni kollha tal-mizzewgin jitqiesu li jaghmlu parti mill-akkwisti sakemm ma jkunxpruvat xort'ohra; ma tghidx, u ma hemm ebda disposizzjoni li tghid, li d-djun li jassumi konsorti jkunu prezunti li jkunu tal-komunjoni tal-akkwisti.

Tezisti gurisprudenza (ara Angele Calleja v. Claude Calleja Cit. Nru. 1689/02 AJM deciza 2/10/02) meta atti ta` amministrazzjoni straordinarjamwettqa minn wiehed mill-mizzewgin minghajr il-kunsens tal-iehor jigu annullati, in-nullita` li tinholoq tkun ta` naturaassoluta u ma jistghax jinghad li tali atti huma biss relattivament nulli, fis-sens li jibqghu fis-sehh fil-konfronti tal-proprjeta` parafernali tal-obbligat.

Hawnhekk il-Qorti marret kontra din il-gurisprudenza u sostniet li r-rekwizit legali, u cioe', il-kunsens tal-mara, hu mehtieg biex dak il-ftehim jorbot lill-komunjoni tal-akkwisti, izda mhux mehtieg ghall-validita' nnfisu tal-ftehim. In-nuqqas tal-kunsens tal-parti l-ohra jista' jwassal ghall-annullament tal-att in kwantu jolqot il-komunjoni tal-akkwisti, izda mhux tal-att innifsu.

Bl-argument uzat f'Calleja v. Calleja, ir-rizultat ikun li kull att ta' konsorti minghajr il-kunsens tal-konsorti l-ohra, ikun null jekk l-att ikun wiehed minn dawk deskritt bhala wiehed straordinarju fl-artikolu 1322 (3) tal-Kodici Civili. Dan zgur mhux il-hsieb wara l-emendi introdotti bl-att XII tal-1993, li ma kellhom qatt l-iskop li jxekklu lill-konsorti milli jagixxi wahdu u kif irid f'relazzjoni mal-assi parafernali tieghu. Konsorti ghandha l-amministrazzjoni "b'mod eskluziv" (artikolu 1334 (2)) tal-beni parafernali taghha, u dan ifisser li dik il-konsorti tista', wahedha, tagixxi bl-aktar mod straordinarju li trid, bosta' b'dan l-agir ma tkunx qed tobbliga lill-kommunjoni tal-akkwisti.

Din id-distinzjoni tidher cara wkoll minn ezami tal-artikolu 1327 (b) tal-Kodici Civili. Dan l-artikolu jghidli huma djun tal-komunjoni, l-ispejjez u l-obbligi li jkunu saru ghall-amministrazzjoni ta' l-akkwisti, hlief dawk l-ispejjez li jsiru b'atti li jehtiegu l-kunsens taz-zewg partijiet mizzewga izda li jsiru minn parti wahda minghajr il-kunsens tal-parti l-ohra". Dan l-artikolu jimplika li d-djuninkorsi minn parti wahda minghajr il-kunsens tal-parti l-ohra huma validi, biss ma jkunux djun li jimpingu fuq il-komunjoni tal-akkwisti.

Konsorti ma tistax tindahal u tagixxi biex thassar attli fiha hi ma kienetx parti u li sehh bejn zewgha u terz, sakemm dak l-att ma jolqotx l-interessi taghha qua kompartecipi fil-komunjoni tal-akkwisti. Hu s'hawn li jasal l-interess guridiku taghha, izda sa fejn l-obbligi ta' zewgha ma jolqtux l-interessi taghha fil-komunjoni, hi ma tistax tindahal. Il-liberta' ta' konsorti m'ghandhiex tigi mxekkla b'mod li, kull meta jagixxi wahdu, jista' jsib lill-parti l-ohra tigri warjah u thassarlu kull ma jaghmel. Il-konsorti l-ohra tista' tindahal sa fejn l-att jista' jolqot l-interessi taghha, izda spicca dak l-interess, jispicca d-dritt ta' azzjoni ulterjuri.

Il-konsorti li ma jkunx parti f'att straordinarju ghandu dritt jitlob dikjarazzjoni lidak l-att ma jolqotx il-komunjoni, izda darba ottenuta dik id-dikjarazzjoni dak il-konsorti ma jibqalux aktar interess fil-materja. Sakemm l-obbligazzjoni assunta mill-konsorti wahdu ma tkunx marbutaespressament ma kundizzjoni li din trid torbot lill-komunjoni tal-akkwisti, l-konsorti l-ohra m'ghandha ebda interess thassar dik l-obbligazzjoni, u l-interess taghha hu limitat biss li takkwista dikjarazzjoni li ghal dik l-obbligazzjoni jaghmel tajjeb biss il-konsorti li ffirma.

Kreditur lijkun qed jinnegozja ma' konsorti wahdu, m'ghandux ghalfejn jirrikjedi aktar mill-firma tieghu biexb'hekk ikollu obbligazzjoni valida u bir-"rekwiziti kollha legali"; huwa biss biex jorbot lill-komunjoni tal-akkwisti, li jkun jirrikjedi l-firma tal-konsorti l-ohra. Kuntratt li jinvolvi att ta' natura straordinarja ffirmat minn konsorti wahdu, mhux nieqes mir-"rekwiziti kollha legali", izda validuu jorbot lil min jiffirmah.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni