Reference: 1997/1997/1

Judgement Details


Date
03/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
FENECH RICHARD vs ROOK CONSTRUCTION LIMITED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, KONTRIBUTORJETA` - DANNI, RESPONSABILITA` TAL-GVERN LI JASSIGURA LI L-UZU TAT-TRIQ U L-FLOW OF TRAFFIC JIGU ZVOLTI MINGHAJR PERIKOLI JEW INSIDJI - DANNI, RESPONSABILITA` TAL-KUNTRATTUR LI JASSIGURA LI L-UZU TAT-TRIQ U L-FLOW OF TRAFFIC JIGU ZVOLTI MINGHAJR PERIKOLI JEW INSIDJI - KOLLIZJONI, DOVER TA` KULL SEWWIEQ LI JIRREGOLA S-SEWQAN TIEGHU SKOND IL-KONDIZZJONIJIET U C-CIRKOSTANZI LI JKUN JINSAB FIHOM - KOLLIZJONI, TERZO IGNOTO
Summary
Jinsab ben akkolt fil-gurisprudenza taghna illi "hu obbligu ta' kull driver li jirregola s-sewqan skond il-kundizzjonijiet u c-cirkostanzi bhal ma huma l-hin ta' bil-lejl, il-vizwali ostakolata bid-dlam u bix-xita, il-piz tal-vejikolu, l-istat ta' l-art, u rapporti ohra kontingenti; u hu anki dmir ta' driver li jzomm dik li komunement tissejjah 'a reasonable careful look-out', liema dmir igib mieghu li d-driver jara dak li jkun ragjonevolment vizibbli";

Bil-lejl hija mehtiega prudenza partikolari fir-regolazzjoni tal-velocita` ghaliex il-visibilita` hija limitatissima u soggetta ghal zbalji u ekwivoci u b'hekk hemm riskju li wiehed isib ruhu f'daqqa wahda quddiem xi ostaklu.

Il-Kodici tal-Ligijiet tal-Pulizija (Kapitolu 10) jipprovdi f'numru ta' disposizzjonijiet ir-regoli lijridu jigu segwiti meta jkun qed isir bini ghal dak li hu ripar u illuminazzjoni. Hu mistenni li dawn ir-regoli jigu ottemperati minn kulhadd anke ghaliex joffru mizuri addattati biex tithares l-inkolumita` tal-persuni. B' dover jinkombi fuq kulhadd li josservahom, kompriz bi dmir ezemplari fi grad aktar gholi mill-awtorita` pubblika kompetenti li jibqala' dejjem id-dover li tassikura f'kull mument l-osservanzi taghhom, anke meta x-xoghol ikun qed jigi esegwit minn kuntratturi mqabbdin minnha;

In-nuqqas ta' provvista ta' senjalazzjoni adegwata u n-nuqqas ta' indikazzjoni ta' periklu,u n-nuqqas ta' sorveljanza, jistghu iwasslu ghal sejbien ta' responsabilita`.

Mhux possibblili tigi stabbilita, b'ebda mod vinkolanti jew sigur, il-parti tar-responsabilita` ta' min ma jkunxparti fil-kawza, jekk kien hemm, u ghandu jkun applikat l-Artikolu 1050 tal-Kodici Civili. Jekk il-konvenut ma setax sejjah lil dan it-terz fil-kawza ghax ma jafux, m'hu ebda tort ta' l-atturi u, fil-fehma tal-Qorti, jekk xi hadd ghandu jbati minn dan il-fatt, jidher wisq aktar gust li jbati l-konvenut li kellu zgur parti mill-htija, milli l-atturi li qed jitolbu r-riparazzjoni ghat-telf soffertminnhom;

Il-konvenut ma jista' jaddebita l-ebda htija fuq terz meta jonqos li jsejjah lil tali persuna fil-kawza. Id-difiza tat-terz injot mhix sostenibbli ghaliex il-kawza hija bejn il-kontendenti u l-ebda parti mit-tort ma tista' tigi addebitata lil xi hadd li ma hux fil-kawza.

Jekkil-parti li tbati l-hsara tkun b'nuqqas ta' prudenza, ta' diligenza jew ta' hsieb ikkontribwiet jewtat okkazjoni ghall-hsara, il-qorti, fil-likwidazzjoni ta' l-ammont tad-danni li ghandhom jithallsulil dik il-parti, tiddecidi, fid-diskrezzjoni taghha, f' liema proporzjon din tkun ikkontribwiet jew tat okkazjoni ghall-hsara li batiet, u l-ammont tad-danni li ghandu jithallas lilha mill-persuni l-ohra li jkunu dolozament jew bla ma riedu kkontribwew ghal dik il-hsara, jigi mnaqqas f'dik il-proporzjoni.

Vuoldiri, huwa mholli dejjem fid-diskrezzjoni tal-Qorti, meta hemm htija kontributorja da parte tad-danneggjat, li tistabilixxi l-proporzjon li fiha hu kkontribwixxa ghal jew ikkagunal-hsara li garrab sew jekk id-danneggjanti jkunu kkagunaw id-danni b'semplici kolpa jew anki b'dolo,minghajr ebda regola prestabilita mil-ligi stess li tistabbilixxi l-proporzjon ghal nofs jew frazzjoni ohra. Kollox f'kull kaz jiddependi mic-cirkostanzi partikolari tieghu. B'dana kollu, s'intendi, tibqa' valida bhala massima prattika ta' bon sens dik li din il-qorti applikat diversi drabi f'kawzi ta' dannu, fis-sens illi 'it is a sound rule that when the case is such that the blame cannot with any certainty be apportioned, the liability should be apportioned equally'.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info