Reference: 1131/2001/1

Judgement Details


Date
09/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
CAUCHI ALFRED vs XUEREB JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET, ELEMENTI NECESSARJI GHAL RINUNZJA TA` - DRITTIJIET, RINUNZJA GHAL - ECCEZZJONIJIET, INKOMPATIBILITA` BEJN IL-PRESKRIZZJONI U L-ECCEZZJONI LI L-AMMONT MITLUB HUWA EZAGERAT - LOKAZZJONI, FTEHIM LI JMUR KONTRA D-DISPOSIZZJONIJIET TAL-KAP. 158 TAL-LIGIJIET TA` MALTA - ORDINANZA LI TNEHHI L-KONTROLL TAD-DJAR, DEKONTROLL WAQT IL-LOKAZZJONI - PRESKRIZZJONI, INKOMPATIBILITA` MAL-ECCEZZJONI LI L-AMMONT MITLUB HUWA EZAGERAT
Summary
Ir-rinunzji huma di stretto diritto u ghandhom jirrizultaw minn fatti assolutament inkonciljabbli ma' konservazzjoni tad-dritt u li juru l-volonta' preciza ta' rinunzja. Kwindi ma jistax jigi konkluzilli jkun hemm rinunzja tacita jekk mill-provi ma jkunx hemm indizji cari u assoluti li l-volonta' tal-persuna jew persuni tbiddlet. Ghandu jsegwi minn dan kollu li jekk l-indizzju u l-fatti jhallu dubju dwar il-volonta' tal-persuna, dan ghandu jittiehed kontra l-ezistenza tar-rinunzja.

Kullobbligazzjoni assunta mis-sid il-kera fuq skrittura li l-kera mhux ser tkun mibdula dment lil-inkwilin jibqa' fil-fond, kienet nulla u invalida u ma kienetx tipprekludi lis-sid il-kera milli jezercitad-dritt tieghu li jitlob zieda fil-kera ai termini tal-Att XXIII tal-1979.

Gie kemm-il darba deciz mill-Qrati taghna li d-disposizzjonijiet tal-ligi dwar fondi dekontrollati inkorporati fl-Att XXIII tal-1979, japplikaw anke jekk id-dekontroll jigi akkwistat wara li tkun gia bdiet il-kirja;il-ligi, qalu l-Qrati, hi interessata x'jigri fil-kors jew fit-tmiem ta' lokazzjoni ta' fond dekontrollat, u mhux kif kienet is-sitwazzjoni meta bdiet il-kirja. Intqal b'mod car li meta fond mikri jigi dekontrolalt, l-effetti ta' dak id-dekontroll jistghu jcahdu lill-inkwilin minn certi drittijiet li kellu meta sehh il-kuntratt ta' lokazzjoni.

Kif intqal diversi drabi mill-Qrati taghna, ikun hemm interruzzjoni tal-preskrizzjoni u kwindi rinunzja ghall-istess meta d-debitur ma jichadx lihu debitur, izda jikkontesta l-ammont li jkun gie mitlub ihallas.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info